Is-suċċess ma jitkejjilx mill-ġid materjali imma minn servizz għall-proxxmu

Il-Ħamis, 9 ta’ Novembru 2017: L-Arċisqof J. Scicluna f’Quddiesa ta’ ringrazzjament għall-gradwati l-ġodda tal-Università ta’ Malta. Continue reading “Is-suċċess ma jitkejjilx mill-ġid materjali imma minn servizz għall-proxxmu”

Omelija tal-Isqof Mario Grech fl-Anniversarju tad-Dedikazzjoni tal-Bażilika tal-Lateran

Il-Ħamis 9 ta’ Novembru 2017. Omelija tal-Isqof ta’ Għawdex, Mons. Mario Grech, fis-Solennità tal-Anniversarju tad-Dedikazzjoni tal-Bażilika tal-Lateran, waqt Konċelebrazzjon fil-Bażilika ta’ San Ġorġ, il-Belt Victoria.

Continue reading “Omelija tal-Isqof Mario Grech fl-Anniversarju tad-Dedikazzjoni tal-Bażilika tal-Lateran”

Il-Knisja tfakkar il-konsagrazzjoni tal-Lateran

Il-Ħamis 9 ta’ Novembru. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Waqt l-omelija li għamel dalgħodu fil-kappella tad-Dar Santa Marta, il-Papa Franġisku fakkar li l-pedament tal-Knisja huwa Kristu.

Continue reading “Il-Knisja tfakkar il-konsagrazzjoni tal-Lateran”

L-Evanġelju tal-Ħamis, 9 ta’ Novembru 2017

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ġw 2:13-23

Dak li hu sakru jiġi pprofanat. Dak li hu tajjeb jintuża għall-ħażin. Il-bniedem, maħluq biex iħobb, isir għajn u bexxiexa tal-mibgħeda. Mhux twarrib tat-tajjeb u l-qaddis iżda tħażżin ta’ kull ma jerfa’ ’il fuq lill-bniedem. Dan hu li jasal għalih il-bniedem meta jagħmel minn kollox u ma jieqaf quddiem xejn u quddiem ħadd, lanqas quddiem Alla nnifsu biex iħaxxen butu u jibni l-imħażen għall-ġid li jikseb u li mingħalih se jżommu fuq saqajh għal dejjem. Continue reading “L-Evanġelju tal-Ħamis, 9 ta’ Novembru 2017”