Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Il-Knisja tfakkar il-konsagrazzjoni tal-Lateran

Il-Knisja tfakkar il-konsagrazzjoni tal-Lateran


Il-Ħamis 9 ta’ Novembru. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Waqt l-omelija li għamel dalgħodu fil-kappella tad-Dar Santa Marta l-Papa fakkar li l-pedament tal-Knisja huwa Kristu.

 

Illum 9 ta’ Novembru l-Knisja tiċċelebra l-konsagrazzjoni tal-katidral tad-djoċesi ta’ Ruma, San Giovanni in Laterano, li hi s-sede tal-Isqof ta’ Ruma u hija wkoll Omm il-knejjes tad-dinja kollha.

L-appell tal-Papa f’din l-okkażjoni kien biex inkomplu nkabbru, inħarsu u nsaffu l-Knisja.

Mingħajr Ġesù Kristu m’hemmx Knisja, saħaq Franġisku, għax mingħajru ma jkunx hemm pedament. Ġesù Kristu hu ħaj fil-Knisja u dal-pedament ma jista’ jinbidel ma xejn aktar.

Huwa aħna li nibnu l-Knisja, aħna ġebel ħaj li nkabbru l-Knisja b’ħajjitna. Meta jsir il-bini tingħata attenzjoni kif jitqiegħed il-ġebel li mhux kollu tal-istess daqs u għamla, imma l-ġebel kollha għandhom il-funzjoni tagħhom minkejja li kull ġebla hi differenti.

Aħna l-istess, għandna ntellgħu dil-binja fil-komunitajiet fejn ngħixu billi kull wieħed u waħda minna jibni skont id-doni li tah il-Mulej. Bħalma l-ġebel tal-bini mhux kollu l-istess imma kollu meħtieġ, daqstant ieħor aħna ma nistgħux nimmaġinaw il-Knisja bħala ħaġa uniformi għax din ma tkunx Knisja.

Jeħtieġ li l-Knisja tkun sinodali għax kull wieħed u waħda minna għandna l-kariżmi li nqegħedu għas-servizz tagħha. Mhux din id-diversità li tbeżża’, ibeżżgħek min irid li kulħadd ikun l-istess, kulħadd liebes bl-istess kuluri qiesna xi tim tal-futbol.

Il-Knisja tinbena bil-kariżmi ta’ kulħadd madwar il-ġebla tax-xewka li hi Ġesù u l-armonija fiha hi l-karità, kemm aħna nġibu ‘l xulxin minflok inqassu u niġġieldu bejnietna.

Inħarsu l-Knisja, kompla jgħid il-Papa Franġisku, ma jfissirx li darba f’sena ntuha lagħaqa żebgħa. Ifisseer li aħna nħarsu l-ħajja tal-Knisja. Pawlu jfakkarna li aħna tempji ta’ Alla u fina jgħammar l-Ispirtu s-Santu.

Kemm Insara, kompla l-Papa, jafu lil Ġesù Kristu, jafu lill-Missier għax jitolbu t-talba li għallimna Ġesù imma meta tkellimhom dwar l-Ispirtu s-Santu jibqgħu iċċassati? Madankollu l-Ispirtu s-Santu hu l-ħajja tal-Knisja, il-ħajja tiegħi. U San Pawl jgħidilna: tnikkktux lill-Ispirtu s-Santu.
L-Ispirtu s-Santu huwa l-armonija tal-Knisja iżda l-pedament hu Kristu. Għalhekk għandna d-dmir li nħarsu l-Knisja u kull meta xi ħadd jiġi b’xi idea jkun l-Ispirtu li jkun nebbħu biha.

It-tielet dmir hu li nsaffu l-Knisja. Fil-Vanġelu skont San Ġwann naqraw li meta wasal fit-tempju, Ġesù, minflok beda jitkellem għamel is-sawt u keċċa lil kulħadd ‘il barra.

Aħna lkoll midinbin, issokta Franġisku, u rridu nissaffew il-ħin kollu, irridu nsaffu l-komunitajiet tagħna, il-komunità djoċesana, il-komunità Nisranija, il-komunità unversali tal-Knisja, biex inkabbruha.

Il-Vanġelu jirrakkuntalna li lill-bejjiegħa Ġesù qalilhom biex joħorġu kollox ‘il barra biex it-tempju ma jsirx suq. Is-suq, spjega l-Papa Franġisku, huwa l-mondanità, il-flus, il-vanità, tant swieq li jidħlu fil-Knisja minħabba d-dnubiet tagħna. Jeħtieġ li jien ma noqgħodx inħares lejn id-dnubieet ta’ ħaddieħor imma lejn tiegħi. Huwa d-dnub tiegħi li lill-Knisja jagħmilha suq.

Għalhekk, temm l-omelija l-Papa Franġisku, qatt m’għandna ninsew dawn it-tliet kelmiet li rajna fil-qari tal-lum: nibnu l-Knisja li l-pedament tagħha huwa Kristu, inħarsuha bl-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu u nsaffuha bil-ħidma tagħna fl-ambjenti fejn inkunu. U nitolbu għaliha, għal dik il-Knisja li Sant’Injazju kien iħobb isejħilha: Ommna l-Knisja mqaddsa ġerarkika.

Hajr lill-kamra tal-ahbarijiet ta’ Radju Marija

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: