L-Evanġelju tal-Ħamis, 9 ta’ Novembru 2017

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ġw 2:13-23

Dak li hu sakru jiġi pprofanat. Dak li hu tajjeb jintuża għall-ħażin. Il-bniedem, maħluq biex iħobb, isir għajn u bexxiexa tal-mibgħeda. Mhux twarrib tat-tajjeb u l-qaddis iżda tħażżin ta’ kull ma jerfa’ ’il fuq lill-bniedem. Dan hu li jasal għalih il-bniedem meta jagħmel minn kollox u ma jieqaf quddiem xejn u quddiem ħadd, lanqas quddiem Alla nnifsu biex iħaxxen butu u jibni l-imħażen għall-ġid li jikseb u li mingħalih se jżommu fuq saqajh għal dejjem. Continue reading L-Evanġelju tal-Ħamis, 9 ta’ Novembru 2017