Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Il-ħsieb tan-Nisrani

Il-ħsieb tan-Nisrani


Il-Ġimgħa 10 ta’ Novembru. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Waqt l-omelija li għamel dalgħodu fil-kappella tad-Dar Santa Marta l-Papa miss suġġett li hu ferita tnixxi fil-bniedem modern.

 

Waqt l-omelija li għamel dalgħodu fil-kappella tad-Dar Santa Marta, il-Papa mess suġġett li hu ferita tnixxi fil-bniedem modern.

Franġisku kien qed jagħmel riflessjoni dwar il-qari tal-Vanġelu tal-lum li fih naqraw il-parabbola tar-raġel makakk u għamel twissija lil kull min għandu xi responsabbiltà kollettiva ta’ gvern jew amministrazzjoni, biex ma jkunx korrott.

Wara t-tliet parabboli li jiddeskrivu l-istorja tal-imħabba u l-ħniena, San Luqa jibdel il-burdata u jtina storja ta’ korruzzjoni, beda jgħid il-Papa.

L-amministratur makakk kien bniedem diżonest u kien ilu jimmanuvra żmien. Issa li nqabad ma jridx ibati u jdaħħal miegħu nies oħra li, anke jekk ma kinux, isiru korrotti bħalu.

Il-korrotti għandhom is-saħħa, joħolqu katina, u jaslu biex ikollhom atteġġjamenti mafjużi, ikkummenta l-Papa. Dak li hemm fil-parabbola nistgħu nsibuh illum, kuljum, fil-gazzetti. Dan jiġri speċjalment fost min għandu r-responsabbiltà li jamministra l-ġid tal-poplu.

Is-sid, osserva Franġisku, ifaħħar lil dal-qaddej ħażin għax ħadem b’rasu. Infatti
l-korrotti huma makakki, moħħhom jilħqilhom, jafu minn fejn għandhom jgħaddu. Ġesù stess jgħidilna li wlied id-dinja jafu kif għandhom jimxu ma’ min hu bħalhom, moħħhom jilħqilhom aktar minn ulied id-dawl.

Allura, jekk dawn huma aktar makakki mill-Insara, minn dawk li huma fidili lejn Ġesù, teżisti ‘makakkerija nisranija’?  In-Nisrani, issokta Franġisku, kuljum iħabbat wiċċu mal-pjaga tal-korruzzjoni. Imma jeżisti atteġġjament, imġiba għal min irid jimxi wara Ġesù, biex ma jispiċċax vittma tal-korruzzjoni?

It-tweġiba jtihielna l-Vanġelu stess. Hemm mod kif in-Nisrani ma jinqabadx fil-katina tal-korruzzjoni jekk ixomm x’hemm minn qabel. Ma ninsewx li Ġesù qalilna li aħna ħrief qalb l-ilpup. Iżda Ġesù jkompli jgħidilna: ‘Kunu għaqlin bħas-sriep u mansi bħall-ħamiem.’

Biex dan inqegħduh fil-prattika Ġesù jgħidilna: ‘Aqraw is-sinjali taż-żmien, żommu għajnejkom miftuħin.’ In-Nisrani għandu jkollu fih sens ta’ sfiduċja sana li jagħraf jgħid: ‘Hawn għandna l-inkwiet, hawn se mmorru ‘l hinn iż-żejjed.’

In-Nisrani għandu jirrifletti, ma jgħaġġilx jaċċetta ċerti proposti magħmulin b’umiltà finta, biex ma jiġrilux bħal Eva, għax ix-xitan jaf isaħħar. Ix-xitan jaf liema hu l-bieb li minnu jista’ jidħol f’qalbna u rridu ngħassulu u nirriflettu.

It-tielet atteġġjament tan-Nisrani huwa t-talb. Bih nistgħu nkabbru fina l-‘makakkerija nisranija’ li biha ma nħallux lil min ibigħilna biċċa ħġieġa u jipperswadina li hi ħaġra prezzjuża.

Għalhekk, kienet it-talba li għamel il-Papa Franġisku, nitolbu lill-Mulej biex itina l-grazzja li jkollna dal-‘ħażen tal-moħħ nisrani’ għax in-Nisrani qatt m’għandu jkun inġenwu.

Bħala Nsara fina għandna teżor: l-Ispirtu s-Santu. Dan jeħtieġ li nindukrawh għax min jinsteraqlu l-Ispirtu huwa inġenwu u n-Nisrani dan qatt ma jista’ jippermettih.

Waqt li aħna nkunu nitolbu lill-Mulej biex itina l-grazzja li jkollna moħħ għaqli nisrani, għandna nitolbu wkoll għal min hu korrott. Wara kollox aħna nitkellmu dwar iċ-ċpar tal-korruzzjoni fis-soċjetà, allura għandna nitolbu għal min hu korrott biex isib it-triq li minnha joħroġ mill-ħabs li daħal fih għax ried, biex neħilsu lis-soċjetà miċ-ċpar maħmuġ tal-korruzzjoni.

 Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

 

  1. Anonymous
    November 16, 2017 at 2:03 pm

    Veru prosit kemm niehu gost u nitghallem minn dawnir-riflessjonijiet. Grazzi

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: