Il-Papa bagħat il-kondoljanzi lill-popli tal-Iraq u l-Iran milquta minn terremot qawwi ħafna

Il-Papa Franġisku bagħat messaġġi ta’ kondoljanzi lill-poplu tal-Iran u tal-Iraq wara li terremot qawwi ħalla ħerba u mal-400 vittma l-aktar fl-Iran. Il-Papa wiegħed is-solidarjetà tiegħu lil dawk kollha milquta minn din it-traġedja u offra t-talb għall-vittmi. Huwa talab ukoll barkiet ta’ faraġ u qawwa fuq dawk li qed jagħtu l-ewwel għajnuna u l-awtoritajiet ċivili. Continue reading “Il-Papa bagħat il-kondoljanzi lill-popli tal-Iraq u l-Iran milquta minn terremot qawwi ħafna”

Id-dinja Kattolika se tinqaleb rasha ‘l isfel

L-Erbgħa, 15 ta’ Novembru 2017: Madwar id-dinja, il-Knisja Kattolika hi għaddejja minn era ta’ trasformazzjoni storika b’żjieda qawwija ta’ Kattoliċi fl-Asja, l-Afrika u l-Amerika t’Isfel. Dan mhux fenomenu astratt imma l-Knisja dalwaqt tibda tħoss l-implikazzjonijiet ta’ din il-bidla. Continue reading “Id-dinja Kattolika se tinqaleb rasha ‘l isfel”

L-Evanġelju tal-Ħamis, 16 ta’ Novembru 2017

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Lq 17, 20-25
F’dak iż-żmien, il-Fariżej staqsew lil Ġesù meta kienet se tiġi s-Saltna ta’ Alla, u hu weġibhom: “Is-Saltna ta’ Alla ma tiġix b’sinjali li jidhru; lanqas ħadd ma hu se jgħid: “Arawha, hawn”, jew: “Hemm”, għax araw, is-Saltna ta’ Alla fostkom qiegħda!”.
Continue reading “L-Evanġelju tal-Ħamis, 16 ta’ Novembru 2017”

Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja fl-2018

L-Erbgħa, 15 ta’ Novembru 2017: Ir‑regolamenti għad‑Dħul fl‑Iskejjel tal‑Knisja għas‑sena skolastika 2018 ‑ 2019 ġew ippubblikati fuq il‑websajt tal‑Knisja f’Malta http://www.thechurchinmalta.org. B’kollox ser ikun hemm total ta’ 1,529 post vakanti. L‑applikazzjonijiet jistgħu jsiru, jew onlajn mil‑lum, l‑Erbgħa 15 ta’ Novembru 2017, jew f’waħda mid‑diversi skejjel tal‑Knisja bejn Novembru 2017 u Frar 2018 kif indikat fir‑regolamenti. Continue reading “Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja fl-2018”

L-Evanġelju tal-Erbgħa, 15 ta’ Novembru 2017

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Lq 17, 11-19

Ġara li, huwa u sejjer lejn Ġerusalemm, Ġesù għadda minn bejn is-Samarija u l-Galilija. Kif kien dieħel f’raħal, iltaqgħu miegħu għaxart irġiel morda bil-lebbra. Waqfu ’l bogħod minnu, għollew leħinhom u qalulu: “Ġesù, mgħallem, ikollok ħniena minna!”. Kif rahom, qalilhom: “Morru uru rwieħkom lill-qassisin”. U ġara li, huma u sejrin, fiequ mill-marda tagħhom.
Continue reading “L-Evanġelju tal-Erbgħa, 15 ta’ Novembru 2017”