Is-Saltna moħbija

Il-Ħamis 16 ta’ Novembru. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Fil-meditazzjonijiet li jagħmel il-Papa Franġisku fil-kappella tad-Dar Santa Marta hemm xi ħaġa li hu jirrikmanda dejjem: l-eżami tal-kuxjenza. Dan ma naqasx lanqas illum għax il-Papa talabna nistaqsu lilna nfusna jekk nemmnux verament li hu l-Ispirtu s-Santu li jkabbar fina s-Saltna t’Alla.

Continue reading Is-Saltna moħbija

Quddies f’Għawdex b’suffraġju għal ġurnalisti mejtin

Il-Ħamis 16 ta’ Novembru. Messaġġ tal-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech mibgħut lill-Għaqda Ġurnalisti Għawdxin li organizzat Quddiesa f’għeluq ix-xahar mill-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, b’suffraġju għal ruħha u ruħ il-ġurnalisti mejtin kollha. Knisja tar-Ragħaj it-Tajjeb, il-Belt Victoria.

Continue reading Quddies f’Għawdex b’suffraġju għal ġurnalisti mejtin

Newletter fl-Awstralja dwar l-Arċisqof Charles J. Scicuna

Il-Ħamis, 16 ta’ Novembru 2017: Fil-ħarġa ta’ Novembru tal-Maltese E-Newsletter tal-Awstralja kienet publikata biografija tal-Arċisqof ta’ Malta, Monsinjur Charles J. Scicluna. Barra minn hekk fl-istess ħarġa kien publikat ukoll id-diskors li l-Arċisqof kien għamel it-Tnejn, 27 ta’ April 2015, lil dawk li ħadu sehem fil-konvenzjoni tal-Maltin li jgħixu barra minn Malta.    Ara l-publikazzjoni kollha minn hawn … Maltese E-Newsletter 194 – November 2017

 

Kif nibdew iż-żwieġ b’pass tajjeb?

Kif nibdew iż-żwieġ b’pass tajjeb?  Din hija d-domanda li l-Kummissjoni Djoċesana Familja f’Għawdex trid twieġeb fil-laqgħa li ser issir il-Ġimgħa. 24 ta’ Novembru 2017 fl-Istitut tal-Familja Papa Ġwanni Pawlu II.   Il-kelliema tkun il-Clinical Psychologist Tania Farrugia u l-laqgħa tibda fis-6.00 pm.  Aktar dettalji mill-poster hawn taħt … Continue reading Kif nibdew iż-żwieġ b’pass tajjeb?