Is-Saltna moħbija


Il-Ħamis 16 ta’ Novembru. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Fil-meditazzjonijiet li għamel il-Papa Franġisku fil-kappella tad-Dar Santa Marta hemm xi ħaġa li hu jirrikmanda dejjem: l-eżami tal-kuxjenza. Dan ma naqasx lanqas illum għax il-Papa talabna nistaqsu lilna nfusna jekk verament nemmnux li hu l-Ispirtu s-Santu li jkabbar fina s-Saltna t’Alla.

Fil-Vanġelu tal-ġurnata għandna djalogu bejn Ġesù u l-Imgħallmin tal-Liġi dwar meta se tasal is-Saltna t’Alla. Dubju li dejjem iberren f’moħħ il-bniedem.
Lill-Imgħallmin tal-Liġi Ġesù jgħidilhom li s-Saltna waslet. Jgħid dan fis-Sinagoga meta jistqarr li dak li hemm fl-Iskrittura seħħ hekk kif hu temm jaqra s-silta mill-Profeta Iżaija.

Is-Saltna t’Alla hi tħabbira ta’ ferħ imma sempliċi, qal il-Papa Franġisku. Is-Saltna t’Alla tikber fis-satra, tikber fina bil-moħbi bħaż-żerriegħa li tintefa’ ġol-art biex tmut u tagħti l-ħajja.

Iżda min ikkabbar fina diż-żerriegħa, min iwarradha? staqsa l-Papa. Huwa Alla, l-Ispirtu s-Santu li hemm ġo fina. L-Ispirtu li hu manswet, umli, ubbidjenti u sempliċi. Huwa l-Ispirtu li jkabbar fina s-Saltna t’Alla mhux l-affarijiet kbar jew il-pjani pastorali.

Min kien, reġa’ staqsa Franġisku, li żera’ ż-żerriegħa tas-Saltna fil-qalb ta-ħalliel it-tajjeb? Matul ħajtu kien insieha, imma dik iż-żerriegħa moħbija warrdet f’daqqa waħda. Dan għaliex is-Saltna t’Alla hi sopriża għax hi rigal mogħti mill-Mulej.
Mid-djalogu ta’ Ġesù mal-Imgħallmin tal-Liġi jidher ċar li s-Saltna t’Alla mhix spettaklu jew karnival għax l-Ispirtu s-Santu mhux kburi u ma jħobbx ir-riklami. Hu Spirtu umli, moħbi. Huwa l-Ispirtu li hemm ġo fina li jkabbar iż-żerriegħa sakemm tagħti l-frott, kompla jgħid il-Papa.

Din hi l-vokazzjoni tagħna, it-triq tagħna, hija grazzja gratwita, ma tistax tinxtara, hija grazzja li jatina Alla.

Huwa għalhekk, temm il-Papa, li aħna l-Insara mgħammdin, kollha kemm aħna, li għandna fina l-Ispirtu s-Santu rridu nistaqsu: Kif inhi r-relazzjoni tiegħi mal-Ispirtu s-Santu, dak li jkabbar fija s-Saltna t’Alla? Nemmen li s-Saltna diġà tinsab fostna, moħbija, jew jien aktar inħobb l-ispettaklu?

Nitobu lill-Ispirtu li hemm fina biex fina u fil-Knisja twarrad iż-żerriegħa tas-Saltna t’Alla ħalli tikber, tkun kenn għal ħafna nies u tagħti frott ta’ qdusija.

Ħajr lill-kamra tal-aħbarijiet ta’ Radju Marija

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: