Home > Avviżi > L-Assemblea Djoċesana 2017

L-Assemblea Djoċesana 2017


Il-Knisja f’Malta ser tlaqqa’ l-Assemblea Djoċesana, nhar il-Ġimgħa 24 u s-Sibt 25 ta’ Novembru, fil-Katekumenju, il-Mosta. It-tema tal-Assemblea ta’ din is-sena hi ‘L-Evanġelizzazzjoni u d-Djakonija: Lejn Pjan Pastorali għall-Arċidjoċesi’.


CURIA FILE PHOTO - ASSEMBLEA 2016

Matul l-Assemblea, il-Vigarju Episkopali għall-Evanġelizzazzjoni, Fr René Camilleri, ser jintroduċi l-ewwel parti tal-pjan pastorali għall-Arċidjoċesi, dik ta’ proposta ta’ strateġija għall-evanġelizzazzjoni mifruxa fuq tliet snin. Din tinkludi l-implimentazzjoni ta’ proġetti f’għadd ta’ parroċċi u skejjel. Il-Vigarju Episkopali għad-Djakonija, Mons. Charles Cordina, ser jitkellem dwar il-mod li l-Papa Franġisku qed jistieden lill-Insara jilħqu u jaħdmu mal-foqra u dawk fil-periferija. Għalhekk, bħala t-tieni pari tal-pjan pastorali, Mons. Cordina ser jippreżenta proposta ta’ azzjoni għat-tisħiħ tal-impenn soċjali tal-Knisja fis-soċjetà, u proġetti pilota ġodda f’dan il-qasam.

L-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jagħlaq l-Assemblea bid-diskors tiegħu s-Sibt filgħodu. Għall-Assemblea Djoċesana jiġu mistiedna kemm il-membri tal-kunsilli l-aktar importanti tal-Knisja li jagħtu parir lill-Arċisqof, kif ukoll il-mexxejja u rappreżentanti mill-oqsma kollha tal-Knisja f’Malta. Fost dawn, id-delegati tal-Arċisqof, il-provinċjali tal-kongregazzjonijiet reliġjużi, il-kappillani u rappreżentanti lajċi mill-parroċċi kollha, il-kapijiet tal-iskejjel tal-Knisja u l-mexxejja tal-għaqdiet u l-movimenti Kattoliċi.

Categories: Avviżi
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: