Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Riflessjoni dwar il-ħsieb tal-mewt

Riflessjoni dwar il-ħsieb tal-mewt


Il-Ġimgħa 17 ta’ Novembru. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Il-ħsieb tal-mewt mhijiex fantażija kerha, anzi jgħinna ngħixu kull jum li jgħaddi qisu se jkun l-aħħar wieħed. In-normalità tal-ħajja mhijiex għal dejjem għax jasal jum li fih il-Mulej isejħilna għal għandu.

 

 

Il-Papa Franġisku għamel din ir-riflessjoni dalgħodu, mnebbaħ mis-silta tal-Vanġelu tal-ġurnata meħud minn San Luqa. Fl-aħħar għad jiġi Ġesù għax id-dinja għad tispiċċa imma matul dawn l-aħħar ġimgħatejn tas-sena liturġika l-Knisja tfakkarna li hemm it-tmiem għal kull wieħed u waħda minna.

Sakemm Lot telaq minn Sodoma, sakemm Noè bena l-arka, in-nies ta’ madwarhom kienu jgħixu n-normalità li ntemmet ħesrem għax il-Mulej bagħat ix-xita qliel u n-nar u l-kubrit.

Aħna drajna n-normalità tal-ħajja, nagħmlu dak li jkollna bżonn mingħajr ma nagħtu kas li l-aħħar jum żgur irid jasal għalina wkoll. Dakinhar il-Mulej jgħidilna: “Ejja” u s-sejħa tkun bħal sajjetta, forsi wara marda, b’inċident, ma nafux kif. Wara din is-sejħa nsibu ruħna quddiem is-sorpriża ta’ Alla, l-eternità

Fil-Vanġelu naqraw li mit-tnejn li jkunu flimkien wieħed jittieħed u l-ieħor jibqa’. Minkejja dan, aħna nibqgħu ngħixu qisu l-aħħar jum ta’ ħajjitna mhux se jasal. Hu għalhekk li l-Knisja f’dawn il-jiem tgħidilna: Ieqaf, aħseb, dan mhux se jibqa’ għal dejjem għax jasal jum li int tittieħed u min hu madwarek jibqa’. Papa Franġisku kompla josserva li daż-żmien, anki velja funebri saret okkażjoni soċjali. Dan osservajtu kemm-il darba f’pajjiżi, issokta jgħid il-Papa.

Jekk aħna ngħixu bil-ħsieb li kull jum li jgħaddi jista’ jkun l-aħħar wieħed, l-attitudni tagħna lejn ix-xogħol, lejn il-familja, lejn il-proxxmu tinbidel. Meta mmorru għal vista għand it-tabib nistgħu naħsbu: wara din se jkun hemm oħrajn jew din se tkun il-vista li se tibdieli t-triq lejn l-aħħar vjaġġ?

Il-ħsieb tal-mewt mhijiexx fantażija kerha imma realtà, insista jtenni l-Papa. Jekk hix kerha jew le jiddependi minni, minn kif naħsibha, immal-laqgħa tiegħi mal-Mulej se ssir żgur u se jkun il-Mulej innifsu li jiġi jgħidli: Ejja għandi imbierek minn Missieri, ejja miegħi. Dakinhar ma nkunux nistgħu nittratjenu u ngħidulu jistenna għax għandna xi ħaġ’oħra x’nagħmlu.

Imma se jkollna magħna lill-Mulej u dan hu s-sabiħ tal-laqgħa, aċċertana l-Papa Franġisku. Illum, temm jgħid, jagħmlilna tajjeb nieqfu ftit biex naħsbu dwar il-waqt li l-Mulej jiġi jiltaqa’ magħna, jiġi għalija biex jeħodni għandu.

Hajr lill-kamra tal-ahbarijiet ta’ Radju Marija

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: