Tibda l-Viżta Pastorali fil-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni f’Bormla

Is-Sibt, 18 ta’ Novembru 2017:  Illum Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna jibda l-Viżta Pastorali tiegħu fil-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni f’Bormla.  Din hija r-raba’ parroċċa li l-Arċisqof qiegħed iżur fil-programm tiegħu ta’ Viżti Pastorali.  Imma minbarra dawn iż-żjarat, ir-Ragħaj Spiritwali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta regolarment imur fil-parroċċi kemm biex jamministra s-Sagrament tal-Konfirmazzjoni, inkella biex iqaddes f’xi okkażjoni, jew għal diversi raġunijiet oħra.  Ara l-programm kollu tal-Viżta tal-Arċisqof f’Borma minn hawn … Programm Viżta Pastorali Bormla

Il-Papa ngħata Lamborghini li se tiġi rkantata għall-karità

Il-Ġimgħa, 17 ta’ Novembru 2017: Aħbar li dwiet mill-Vatikan speċjalment mad-dilettanti tal-karozzi lussużi. Il-Papa Franġisku għadu kif ġie ppreżentat b’karozza Lamborghini Huracan minn uffiċjali tal-kumpanija li timmanifattura dawn il-karozzi lussużi. Din il-karozza li ġiet manifatturata apposta għall-Papa se tiġi rkantata minn Sotheby’s f’Londra u d-dħul se jmur għal erba’ proġetti f’isem il-Papa Franġisku.
Continue reading “Il-Papa ngħata Lamborghini li se tiġi rkantata għall-karità”

Jitfakkar għall-ewwel darba Jum il-Foqra

INĦOBBU MHUX BIL-KLIEM IMMA BL-GĦEMIL

Il-Ġimgħa, 17 ta’ Novembru 2017: Il-Knisja f’Malta ser tingħaqad mal-Knisja Universali biex għada, il-Ħadd 19 ta’ Novembru, tfakkar Jum il-Foqra. It-tema għal din l-ewwel ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Foqra hi: ‘Inħobbu mhux bil-kliem imma bl-għemil’. Kien il-Papa Franġisku li fi tmiem il-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena ried li jibda jitfakkar dan il-jum. Continue reading “Jitfakkar għall-ewwel darba Jum il-Foqra”

L-Evanġelju tas-Sibt, 18 ta’ Novembru 2017

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Lq 18, 1-8

F’dak iż-żmien, Ġesù qal parabbola lid-dixxipli tiegħu biex jurihom li għandhom dejjem jitolbu bla ma jaqtgħu. Qalilhom: “Kien hemm f’belt wieħed imħallef, li la kien jibża’ minn Alla u lanqas iħabbel rasu minn ħadd. F’dik il-belt kien hemm waħda armla, u kienet tmur għandu u tgħidlu: “Agħmilli ħaqq kontra l-għadu tiegħi”.
Continue reading “L-Evanġelju tas-Sibt, 18 ta’ Novembru 2017”

Is-sewwa mħawra bil-prudenza

Darba smajt talk tassew sabiħa. Kienet talk tassew mill-Ispirtu ta’ Alla fejn, min għamilha, ma qgħadx le idur mal-lewża. U lanqas ma qatel il-Kelma ta’ Alla b’ħafna paroli fil-vojt. Min kien l-abjad sejjaħlu abjad u l-iswed sejjaħlu iswed. Allura, kif tistgħu tobsru, il-messaġġ wasal ċar u tond kif kellu jasal. U għal dan nirringrazzja lill-Mulej!
Continue reading “Is-sewwa mħawra bil-prudenza”