Il-21 lecture annwali dwar Santu Wistin fl-Istitut Agostinjan

The Augustinian Institute of Pietà will be holding the 21st Annual Saint Augustine Lecture 2017. The lecture was instituted in 1997 by Revd Prof. Salvino Caruana OSA, Director of the Augustinian Institute. This year’s edition will be addressed by Revd Professor Theodore Dieter from Strasbourg University. Continue reading “Il-21 lecture annwali dwar Santu Wistin fl-Istitut Agostinjan”

Il-Papa ċċelebra l-Ewwel Jum Dinji tal-Foqra

It-Tnejn, 20 ta’ Novembru 2017: Il-Papa Franġisku lbieraħ iċċelebra l-quddiesa fl-ewwel Jum Dinji tal-Foqra fil-Bażilika ta’ San Pietru. Il-Papa kien ħabbar dan il-jum matul il-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena u ħalla f’idejn il-Kunsill Pontifiċju għall-Promozzjoni tal-Evanġelizzazzjoni l-Ġdida biex jorganizzaw u jippromwovu dan il-jum. Kien hemm madwar erbat elef ruħ għall-quddies u wara għadd kbir minnhom kienu mistiedna għal pranzu fis-Sala Pawlu VI.
Continue reading “Il-Papa ċċelebra l-Ewwel Jum Dinji tal-Foqra”

Lectio Divina tal-34  Ħadd Matul Sena A Kristu Re

Vanġelu (Matt. 25. 31-46): “Morru minn quddiemi, misħutin, fin-nar ta’ dejjem li tħejja għax-xitan.”  Kliem iebes bħal dan ta’ Ġesu insibuh sitt darbiet fl-Evanġelji.  Żgur li jibqa’ stampat fil-moħħ ta’ min jisimgħu. Fil-passat, ħafna qassisin u katekisti ħadu dal-kliem litterlament, u xerrdu twerwir fil-priedki u fit-tagħlim tagħhom.  L-effett ta’ dan għadu jinħass  sal-lum, għax xi wħud minna, Insara tajbin, qed jistennew il-ġudizzju b’ċertu biża’.  Minn flok, dal-ġudizzju se jkun laqgħa ta’mħabba bejn Missier u ibnu/bintu. Continue reading “Lectio Divina tal-34  Ħadd Matul Sena A Kristu Re”

L-Evanġelju tat-Tnejn, 20 ta’ Novembru 2017

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Lq 18, 35-43

Ġeriko, li isimha ġej mill-għerq r u ħ (x’aktarx li l-pronunzja ħ inbidlet f’k mal-ħakma tal-Griegi) li għalina l-maltin nissel in-mon ‘rieħa’ li fil-kanani (il-lingwa tal-Kananin) tfisser rieħa tfuħ, kienet il-belt li Erodi l-Kbir bidel f’belt ta’ prosperità kbira. Il-familji nobbli ta’ Ġerusalemm kienu jgħaddu x-Xitwa hemm u hemm min jgħid li fiha kienu jgħammru madwar tnax-il elf qassis u levita tat-Tempju. Kienet il-belt tas-sinjuri.
Continue reading “L-Evanġelju tat-Tnejn, 20 ta’ Novembru 2017”