Home > Minn Fr Mario Attard OFM Cap > Dik id-daħka!

Dik id-daħka!


Min qabeż l-erbgħin, bħali, għall-grazzja ta’ Alla, tiftakru sewwa l-cartoons ta’ Muttley. Li ismu propjru hu Wacky Races.

Tiftakruh lil Muttley? Il-magħruf kelb? L-ewwel nett Muttley huwa ippastardjat bejn erba’ tipi ta’ klieb. Fil-fatt jgħidu li hu mħallat minn bloodhound, pointer, Airedale u kelb tal-kaċċa. Mela Muttley għandu taħlita number one ta’ demm tiġri ġewwa fih! Mhux ta’ b’xejn li dejjem jara x’se jivvinta! U qatt u ħadd ma jista’ isib irkaptu tiegħu! Ta’ min jgħid li għeluq snin Muttley huwa nhar is-16 t’April.

Il-karattru ta’ Muttley, li fil-verżjoni Ingliża ta’ Wacky Races kien jiġi interpretat minn Don Messick filwaqt li fil-verżjoni Taljana l-parti kienet tiġi interpretata minn Franco Latini, ma tantx kien jitħaddet wisq. Anki jekk, fil-verżjoni Taljana tal-Wacky Races, Muttley jaf jitfagħlek dik il-kelma. Jew tgergira tvenven. L-aktar meta kien iħabbat wiċċu mal-għebusija ta’ ras li kellu dak l-imbierek pilota Dick Dastardly. Bħalma ħafna minna jafu diġà l-aktar ħaġa li tolqtok f’dan il-kelb mhux tas-soltu, u ippastardjat waħda sewwa, hija d-daħka speċjali tiegħu. Għandu daħka tqaqi. Imma wkoll dik id-daħka ta’ wieħed imqareb issemmix! Ta’ dak li jaf iġiblek demmek ilma!

Muttley kien biċċa waħda mal-pilota Dick Dastardly. Issa, dan l-imbierek Dick, kien moħħu biex jeqred lil Pigeon Yankee Doodle! Li, mill-manuvri li kien jagħmel, ma tantx kien jidher li hu beċċun! U x’ma għamlux biex lil dan il-biċċa ta’ beċċun jeqirduh! Magna sofistikata kontra l-oħra. Kollha jtiru. Basta jeqirduh! Imma ħej ma rnexxilhomx! Anzi! Kull darba li l-beċċun kien jseħħlu jiżgiċċa minn taħt idejhom kien jagħmel festa bihom idoqq l-iskotti! L-għaliex, meta kien joħroġ minn ġo storja, jien jaqbad idoqq kemm jiflaħ it-trumbettina tiegħu! Biex, bħal donnu jgħidilhom, u fil-fatt jinkiehom: “Nini nini taqbduni!”

Muttley ma tantx kien moħħu fil-beċċun. Anzi! Fl-allejanza tiegħu ma’ Dick Dastardly aktar kien moħħu li Dick jżejnu bil-midalji. X’għamel meta Dick ħadlu l-midalja! Imma Muttley, ta’ kelb għaqli li kien, ma kienx jafda ruħu f’idejn Dick kif ġie ġie. X’għamel? Ippreżentalu midalja b’oħra. U L-midalja vera żammha hu!

U meta Muttley jagħmel xi waħda arah ifaqqagħlek id-daħka. Iva ħabib! Dik id-daħka li kuħadd baqa’ jiftakar! Id-daħka ta’ Muttley. Li meta taħsbu li hu ħmar jew ċ bit-tikka tkun int fil-fatt il-ħmar u ċ-ċ bit-tikka! Fil-cartoons tal-Wack Races Muttley kien jidħak u jqaqi biex jinki u jgħaddi biż-żmien lil Dick Dastardly. Dick kien baħnan miskin! Ried juri kemm hu ta’ ħaqqa! Ried juri x’jaf! Billi jgħajjat, jhedded u jikkastiga. Imma, meta ħaseb li hu kien se jagħmel l-aħħar daħka, kien Muttley, dak li mingħalih kien sottomess għalih, li daħak l-aħħar u l-aħjar!

Dick, miskin, kien splodut! Dan l-għaliex fil-ħajja m’għarafx jitgħallem jistenna. Fil-ħajja ma nistax ngħaddas rasi u nibqa’ għaddej. Irrid nagħti ftit ċans. Id-dinja ma saritx f’daqqa. U, fuq kollox, jekk qed nagħmel xi ħaġa irrid ukoll nagħraf ma’ min qiegħed sħab. Irrid inkun naf li, ma’ min qiegħed sħab, mhux ħa jidħak bija u, minn fuq, jitla’ minn fuq dahri. U japprofitta ruħu minni! Ir-rabja ta’ Dick Dastardly għal Pigeon Yankee Doodle ġabitu beċċun kemm għal Doodle u, fuq kollox, għal Muttley stess.

L-istorja tfakkarni fl-istejjer li jiġru ta’ kuljum. Hekk, ngħidu aħna, bħala missier ma nistax nilgħabha tar-raġel u nwaqqa’ kullimkien bid-dagħa fil-ħajja tal-familja. Ma nistax nagħti l-impressjoni li jien ħadd ma jista’ għalija. U lil dak irrid naqtagħlu rasu. Lil ieħor nisparalu. U lil ieħor ma nafx xi rrid nagħmillu. Ma nistax nitterorizza lil uliedi bil-mod kif inġib ruħi magħhom. Hekk li uliedi jkellmuni bil-biża’. Mhux ovvja li jekk se nuri x’naf il-Mulej ħa jippermetti li jkolli xi Muttley stess minn fost uliedi? Dak it-tifel jew tifla li jidhru kwieti, imma, għal kull żball li nieħu, imqar jekk nagħti daqqa bil-martell u nieħu subgħi, aqta’ kemm jidħku bija? Għaliex jaħasra qed nilgħabha ta’ Sylvster Stallone? U ta’ Rocky? U diskorsi, ta’ ħaqq ‘l hemm u ħaqq l’hawn, jew bil-qanna, mhux aktar iġibni tad-daħk?

Muttley! Idħakielu forsi l-bully jiġi f’postu! Hemm bżonnok Muttley fil-ħajja. L-għaliex, li tidħak għall-iżbalji li twettaq, huwa, wara kollox, fejqan. Il-problema tkun jekk l-iżbalji jsiru fissazzjonijiet biex wieħed ma jiżbaljax! Muttley, fai qualcosa!!! Agħmel xi ħaġa!!! U għax int Muttley, il-midalja se nħallihielek! Almenu ma tibqax taħraqni man!

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: