Home > Aħbarijiet > Il-Papa ċċelebra l-Ewwel Jum Dinji tal-Foqra

Il-Papa ċċelebra l-Ewwel Jum Dinji tal-Foqra


It-Tnejn, 20 ta’ Novembru 2017: Il-Papa Franġisku lbieraħ iċċelebra l-quddiesa fl-ewwel Jum Dinji tal-Foqra fil-Bażilika ta’ San Pietru. Il-Papa kien ħabbar dan il-jum matul il-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena u ħalla f’idejn il-Kunsill Pontifiċju għall-Promozzjoni tal-Evanġelizzazzjoni l-Ġdida biex jorganizzaw u jippromwovu dan il-jum. Kien hemm madwar erbat elef ruħ għall-quddies u wara għadd kbir minnhom kienu mistiedna għal pranzu fis-Sala Pawlu VI.

OSSROM87060_ArticoloIl-Papa kellem lill-mistiedna għall-pranzu u qal: Nitolbu li l-Mulej iberikna, ibierek dan l-ikel, ibierek lil dawk li ħejjew l-ikel, iberikna kollha, ibierek lil qlubna, lill-familji tagħna, lix-xewqat tagħna, il-ħajjiet tagħna u jagħtina s-saħħa u l-qawwa. Il-Papa mbagħad talab il-barka t’Alla fuq dawk kollha li kienu qed jieklu u jaqdu fil-ħafna postijiet madwar Ruma fejn ġew milqugħa dawn il-foqra.

Fl-omelija li ħejja għall-quddiesa l-Papa qal li permezz tal-foqra, Ġesù jħabbat fuq il-bieb tal-qalb tagħna, għatxan għall-imħabba tagħna. Huwa żied jgħid li meta aħna negħlbu l-indifferenza u f’isem Ġesù ningħataw għall-iżgħar fost ħutna, aħna nkunu ħbieb fidili tiegħu.

Il-Papa Franġisku fakkar li huwa fil-foqra li aħna nsibu l-preżenza ta’ Ġesù li għalkemm għani sar fqir u għalhekk hemm qawwa li ssalva f’kull persuna fqira. Jekk f’għajnejn id-dinja dawn ma tantx għandhom valur, lilna jiftħulna t-triq għall-Ġenna.

damiel18811594wwbdge9qdcIl-Papa żied jgħid li għalina, huwa dmir evanġeliku li nieħdu ħsieb lill-foqra, għaliex huma r-rikkezzi tagħna u rridu ngħinuhom mhux biss billi nagħtuhom il-ħobż iżda wkoll billi naqsmu magħhom il-ħobż tal-Kelma ta’ Alla li lilhom ingħatat l-ewwel.

Li nħobbu l-foqra ifisser li nissieltu kontra kull forma ta’ faqar kemm dak spiritwali u dak materjali. Meta nħobbu lill-foqra niftakru f’dak li jiswa verament: li tħobb lil Alla u lill-proxxmu tiegħu. Dan biss jibqa’ għal dejjem, il-bqija kollox jgħaddi.

Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: