Il-figura tal-omm: mara ta’ qawwa li ma taċċettax il-kolonizzazzjoni tal-kultura


Il-Ħamis 23 ta’ Novembru. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Il-qawwa tan-nisa biss għandha ħila tirreżisti l-kolonizzazzjoni kulturali u ideoloġika. Xhieda ta’ dan hi l-istorja, qal il-Papa Franġisku waqt l-omelija li għamel dalgħodu fil-kappella tad-Dar Santa Marta.

 

 
Is-sigriet tal-ħila tagħhom biex jiddefendu bil-kuraġġ u bit-tenerezza l-istorja ta’ poplu, tinsab fil-ħila tagħhom li jittrasmettu l-fidi għax jgħallmu lil uliedhom il-valuri awtentiċi kontra dak li jipprova jimponi fuqhom l-indottrinament.

Fl-ewwel qari, issokta l-Papa, rajna xi tfisser il-kolonizzazzjoni tal-kultura. Ir-re Epifanu, bħal ma jiġri dejjem, anke fi żmienna, …. għandu l-istess stil bil-għan li joħnoq il-libertà, stil ċar daqs il-kristall: in-nies m’għandhomx dritt jaħsbu għax kulħadd għandu jaħseb l-istess.

Imbagħad dawn in-nies jagħmlu ħilithom biex inessu l-istorja, għax jemmnu li l-istorja tibda bihom u kull ma hu ta’ qabel kollu għandu jitwarrab.

It-tielet strateġija hi l-edukazzjoni: jimponu x’tip ta’ edukazzjoni għandhom jieħdu ż-żgħar u ż-żgħażagħ. Aħsbu ftit, qal il-Papa lill-kongregazzjoni, f’dak li ġara fis-seklu li għadda, x’għamlu d-dittaturi.

Uħud jikkolonizzaw il-kultura bl-ingwanti bojod, bil-fin: pajjiż jitlob l-għajnuna u tingħatalu basta jdaħħal sistema edukattiva li tbarri lil Alla għal kollox u l-ħolqien kif fasslu Hu.

Dak li ġralu l-poplu t’Alla meta Epifanu seraqlu l-libertà u minflok daħħal il-persekuzzjoni. Dan ġara fl-Ewropa fis-seklu li għadda, tenna l-Papa Franġisku. Kull min ħadha kontra d-dittaturi, safa ppersegwitat.

Inkella tmur biex tikseb post tax-xogħol u jimponulek kif għandek iġġib ruħek, inkella l-post għal ħaddieħor. B’hekk int ma tistax tibqa’ miexi fil-ħajja. Din hi għamla oħra ta’ tortura għax tisraqlek il-libertà.

Il-kolonizzazzjoni tal-kultura tneħħi wkoll il-memorja. Hi konvinta li dak li għadda hu kollu ħrafa: l-istorja se nagħmilhielkom jien għax dak li qalulkom ta’ qabilkom hu gideb, affarijiet tax-xjuħ.

U hawn tidħol fl-istorja dik l-omm tal-Ktieb tal-Makkabej li lil binha ż-żgħir tkellmu bid-djalett, biex la jifhimha r-re u lanqas l-interpretu, u minflok ma tinkoraġġih biex jiċħad twemminu kif ried ir-re, tgħidlu biex ikun den ta’ ħutu l-oħra li kienu diġà sfaw maqtulin.

Din hi l-figura tal-omm, il-mara ta’ qawwa li ma taċċettax il-kolonizzazzjoni tal-kultura, li tħaddan u tkellem lil binha bit-tenerezza ta’ omm u bil-kuraġġ ta’ raġel. Dan iġegħelna naħsbu li hi biss il-qawwa tan-nisa li għandha ħila tirreżisti l-kolonizzazzjoni kulturali.
Din hi storja li qed tiġri llum. Iridu jimponu fuqna valuri ‘ġodda’, l-istess bħalma ġara fi żmien Epifanu. Meta nħarsu lejn dil-mara nifhmu kif għandha tkun mgħoddija l-fidi. Hija eżempju ta’ kif l-ommijiet għandhom ħila jiddefendu poplu, jiddefendu l-istorja tiegħu, jiddefendu lil uliedhom: billi jgħaddulhom il-fidi.

Il-Mulej itina l-grazzja, temm jgħid il-Papa Franġisku, li fil-Knisja nżommu dejjem ħajja l-memorja, li ma ninsewx dak li għaddewlna missirijietna, u li jkollna dejjem aktar nisa kuraġġużi.

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.