Home > Aħbarijiet > Il-Papa bagħat messaġġ bil-vidjo lill-poplu tal-Bangladesh

Il-Papa bagħat messaġġ bil-vidjo lill-poplu tal-Bangladesh


Il-Papa Franġisku bagħat messaġġ bil-vidjow biex isellem u jbierek lill-poplu tal-Bangaldesh hekk kif qiegħed iħejji ruħu biex imur iżur lil dak in-nazzjon fuq żjara pastorali li se ssir bejn it-30 ta’ Novembru u t-2 ta’ Diċembru li ġej. Din se tkun it-tieni parti tal-vjaġġ appostoliku għax bejn is-27 u t-30 ta’ Novembru se jkun qed iżur il-Myanmar.


Fil-messaġġ il-Papa qal li jinsab ħerqan li jkun mal-poplu tal-Bangladesh biex ikun jista’ jxandar il-messaġġ evanġeliku tar-rikonċiljazzjoni, tal-maħfra u l-paċi.
Huwa qal ukoll li l-laqgħa li se jkollu mal-mexxejja reliġjużi hi ta’ tifsir kbir.

Franġsiku stqarr li qed ngħixu fi żminijiet meta min jemmen u kull min hu ta’ rieda tajba, kullimkien, għandu sejħa biex jaħdem ħalli bħala membru tal-familja umana jġib il-ftehim reċiproku, ir-rispett u biex kulħadd ikun ta’ għajnuna għal għajru.

Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: