L-Evanġelju tat-Tnejn, 27 ta’ Novembru 2017

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Lq 21, 1-4
Ara l-qari kollu: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php

Donnu kien mistrieħ bilqiegħda fuq xi tarġa, iħares u josserva x’kien qed jiġri madwaru.

Fil-qrib jidher li kien hemm it-trombi, reċipjenti mdaqqsa, f’forma ta’ lembut rasu ’l isfel, biex fil-parti d-dejqa tiegħu jintefgħu l-offerti ta’ flus li jaqgħu fil-parti l-wiesgħa. Il-forma tagħhom kellha l-għan li ħadd ma jkun jista’ jdaħħal idejh u jisraq dak li jkun intefa’, iżda ħadd ma seta’ jitfa’ ħafna muniti f’daqqa; kien ikollu jitfa’ l-muniti waħda waħda u hekk min ikun jissindika, seta’ jara xhiex u kemm qed jitfa’.
Continue reading “L-Evanġelju tat-Tnejn, 27 ta’ Novembru 2017”