Serata Letterarja tal-Milied

Bħalma ġie li sar fis-snin l-imgħoddija, nhar is-Sibt 9 ta’ Diċembru 2017 fis-7.30pm, fil-Librerija Pubblika ta’ Triq Vajrinġa Victoria Għawdex, se terġa’ ssir Serata Letterarja tal-Milied li matulha diversi Kittieba Għawdxin, fosthom Raymond Caruana, Anton F Attard, Joe M Attard, Francis Mizzi, Joe Camilleri, Ganninu Cremona, Charles Bezzina li għadu kemm stampa ktieb dwar ir-refuġjati Maltin f’Għawdex matul l-Aħħar Gwerra, Joe W. Psaila l-awtur ta’ dramm li jittella’ fuq il-palk tas-Seminarju tagħna fi ftit jiem oħra, u l-Avukat Alfred Grech, ser jaqraw xi xogħlijiet tagħhom b’rabta mal-Milied li jinsab riesaq ġmielu fuqna. Kor jagħlaq din il-lejla b’xi għanjiet tal-Milied. Din għandha tkun serata ħelwa li tkompli ddaħħalna fl-ispirtu tal-Milied u li għaliha huwa mistieden kulħadd.

L-Evanġelju tal-Ħadd, 3 ta’ Diċembru 2017. L-Ewwel Ħadd tal-Avvent

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php

Mk 13, 33-37

Għalaqna s-sena liturġika bi twissija biex noqgħodu attenti u l-Knisja tiftaħ is-sena liturġika bi twissija oħra. Iżda filwaqt li t-twissija tal-bieraħ għandha l-għan li ma tħalliniex naljenaw rasna waqt il-mixja, b’mod speċjali qrib it-tmiem li ma nafux meta jseħħ, it-twissija tallum biex nishru, darba tnejn tlieta, għandha l-għan li s-sahra tagħna tkun sfond għas-sejħat li Alla jagħmlilna f’kull żmien. Continue reading “L-Evanġelju tal-Ħadd, 3 ta’ Diċembru 2017. L-Ewwel Ħadd tal-Avvent”