L-Evanġelju tal-Erbgħa, 6 ta’ Diċembru 2017

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 15, 29-37

Vers 21 ta’ kapitlu 15 jgħdilina li Ġesù kien mar lejn Tir u Sidon (fejn illum hemm il-Libanu, li bi lsienna jfisser ‘abjad’, il-bjuda ta’ filgħodu meta jkun qed jisbaħ u kullox ikun għada bejn nofs irqad u nofs qawmien, il-malti ‘lubien’), żewġt ibliet portijiet fuq ix-xaqliba tal-Lvant tal-Baħar Mediterran. Bliet, li bħal kull port ieġħr f’dak iż-żmien, kienu jilqgħu fihom eluf ta’ eluf ta’ baħrin, merkanti u vjaġġaturi minn kull post tad-dinja magħrufa dak iż-żmien. Kienu l-bliet tal-pagani, il-bliet fejn it-talit u t-taħwid kienu fl-aqwa tagħhom.
Continue reading “L-Evanġelju tal-Erbgħa, 6 ta’ Diċembru 2017”