Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tal-Erbgħa, 6 ta’ Diċembru 2017

L-Evanġelju tal-Erbgħa, 6 ta’ Diċembru 2017


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 15, 29-37

Vers 21 ta’ kapitlu 15 jgħdilina li Ġesù kien mar lejn Tir u Sidon (fejn illum hemm il-Libanu, li bi lsienna jfisser ‘abjad’, il-bjuda ta’ filgħodu meta jkun qed jisbaħ u kullox ikun għada bejn nofs irqad u nofs qawmien, il-malti ‘lubien’), żewġt ibliet portijiet fuq ix-xaqliba tal-Lvant tal-Baħar Mediterran. Bliet, li bħal kull port ieġħr f’dak iż-żmien, kienu jilqgħu fihom eluf ta’ eluf ta’ baħrin, merkanti u vjaġġaturi minn kull post tad-dinja magħrufa dak iż-żmien. Kienu l-bliet tal-pagani, il-bliet fejn it-talit u t-taħwid kienu fl-aqwa tagħhom.

Għal darb’oħra Ġesù f’San Mattew jidher li qed jifrex ix-xibka tiegħu lejn dawk li mhumiex minn ulied Iżrael, il-pagani jew ġentili, dawk li mhumiex Lhud. Il-Kelma li jrid iwassal mhux monopolju ta’ wlied Abraham, għax Alla mill-ġebel ukoll jista’ jnissel ulied Abraham, imma tal-bnedmin kollha ta’ rieda tajba.

Għal darb’oħra wkoll Ġesù kif agħmle f’kapitlu 5, jitla’ fuq għolja u joqgħod bilqiegħda hemm. It-tagħlim tiegħu huwa l-qadi ta’ min hu dgħajjef, ta’ min jinsab batut; kulħadd beda ġej għandu biex ifiq jew biex ifejjaqlu lil xi ħadd qrib tiegħu. Filaqt li f’kapitu 5 Ġesù jidher bħala l-għalliem hawn jidher bħal dak li jfejjaq kull xorta ta’ mard. Għalkemm it-taduzzjoni moderna, bie xtkun iktar adatta għall-mentalità ta’ żmienna ssemm persuni b’diżabilità, il-kelma li juża Mattew tfiiser dawk li kellhom xi id jew sieq nieqsa. Il-fejqan ta’ dawn juri ħila krejattiva kbira. Mhux ta’ b’xejn li n-nies stgaħġbu fuq li stgaħġbu b’dak li raw u semgħu dakinhar u faħħru lil Alla. Huma wkoll għarfu li ebda bniedem ma seta’ jagħmel dan jekk mhux bil-qawwa ta’ Alla nnifsu. U b’dan San Mattew jurina li l-folol bdew jifhmu u jaċċettaw, għallinqas għal ftit, il-qawwa divina li kienet toħroġ minn Ġesù.

Fl-ewwewl taqsima ta’ din is-silta, l-Evanġelista jurina l-qawwa t’ divina ta’ Kristu fit-tixrid tal-ħniena. In-nies imorru għandhom u hu jħenn għalihom bil-qawwa ta’ Alla. L-ewwel pass għamluh in-nies, iktar kemm bdiet tikber il-fiduċja tagħhom fih u hu sema’ l-għajta tagħhom, ħenn għalihom u fejjaqhom mill-mard kollu tagħhom. Il-profeziji tat-Testment il-Qadim, qed jgħidilna Mattew, isibu t-twettiq tagħhom f’Ġesù li ġej minn Alla.

Fit-tieni taqsima huwa Ġesù li jagħmel l-ewwel pass. Jagħraf li dawn in-nies jeħtieġu x’jieklu. Jidher ċar li Ġesù ħass il-ħtieġa tan-nies miġbura quddiemu. Issa mfejqin kellhom jerġgħu lura lejn il-ħajja ġdida tagħhom, u biex jerġgħu lura qawwijin u sħaħ kellhom bżonn xi jwetihom, xi jsaħħaħhom fit-triq.

Id-dixxipli jaraw problema, u bħala soluzzjoni jaraw problema oħra. F’deżert bħal dan! Quddiem dak li jidher impossibli id-dixxipli jaqtgħu qalbhom; għadhom kif raw il-qawwa divina ta’ Ġesù ħierġa minnu u jaqtgħu qalbhom. Forsi dak li fejjaq lil dawk in-nies b’mod daqshekk straordinarju m’għandux ħila jitmagħhom? Kellhom ħabta kif, bħalna, nagħfsu l-pedala tal-break minn seba’ mili bogħod. Kellhom ħabta, kif nagħmlu aħna, lil Alla ngħidulu, paċenzja, sa hawn nistgħu naslu, ippruvajna kollox, m’hemmx xtagħmel. Ninsew li qed nitkellmu ma’ dak li jista’ kollox.

Ġesù ma jarax il-problema; kemm għandkom ħobż? In-numru sebgħa jindika numru perfett, numru ta’ abbundanz, abbundanza li d-dixxipli kellhom u ma kienux qed jarawha. Minflok ħarsu lejn dak li kellhom tefgħu l-attenzjoni tagħhom fuq fejn kienu u fuq l-ammont ta’ nies. Mhux biss kellhom abbundanza, iżda kellhom iktar ukoll, xi ftit ħut żgħir, ħut immellaħ, li f’dak iż-żmien kien jiswa ħafna. Ġesù, sensittiv għall-ħtiġijiet ta’ min għandu quddiem u d-dixxipli, bħalna sensittivi biss għall-problemi li ġieli lanqas bis sikunu jeżistu, ikunu f’moħħna biss. Ġesù jitlobna nkunu bħalu, nagħrfu x’inhu meħtieġ tassew u d-dixxipli, bħalna, indendlu l-geddum u ngħidulu: aħn’aħna jew m’aħniex!

Ma jidhirx li hemm wisq ħtieġa ta’ tifsir. Faċli meta nkun daqxejn moħħna f’postu u mitrieħ nagħrfu kemm ħafna drabi ninsew il-qawwa divina ta’ Ġesù u l-qawwa li ġejja minnu moħbija fina.

Il-Kelma ta’ Alla, miftuħa għal kulħadd hija abbundanza ta’ ġid fina lkoll. Imma jeħtieġ li nagħrfuha. Ma narawx ħajjitna u s-soċjetà li ngħixu fiha bħala deżert, kif kultant tista’ tidher u tkun, iżda bħal art għammiela, fejn iż-żerriegħa tas-solidarejtà u tal-ħniena jistgħu jinbtu u jxettlu u jikbru. Għandek f’idejk sebgħa ħobżiet u ftit ħut immellaħ ukoll.

Minflok ningħalqu fina nfusna u fit-tgergir u l-qrid bla tarf tagħna, ejjew inħarsu lejn x’ġie afdat f’idejna, u nagħmlu xi ħaġa bih.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: