Minn Angelo Xuereb

Ġesù jidħol fl-istorja ta’ ħajjitna

Kitba ta’  Angelo Xuereb – Fil-Milied niċċelebraw id-dħul ta’ Ġesù fl-istorja tal-umanità. Din il-ġrajja tfakkarna li Ġesù għandu jidħol fl-istorja ta’ ħajjitna.

Ġesù jidħol fl-istorja tal-bniedem

Permezz tat-twelid tiegħu Ġesù daħal fl-istorja tal-umanità. Twieled fil-għar ta’ Betlem bħala bniedem. Fit-Testment il-Qadim il-Lhud kienu jqisu li hemm distanza bejn Alla u l-bniedem. Issa din id-distanza spiċċat. Fil-għar ta’ Betlem b’mod fqir, umli u bla daqq tat-trombi, Ġesù daħal fl-istorja tal-bniedem. Continue reading

Minn Fr Michael Bugeja

L-Evanġelju tal-Ġimgħa, 8 ta’ Diċembru 2017. Solennittà tal-Immakulata Kunċizzjoni

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 1: 26-38

Nafu li Nazaret kien fil-Gallilija. Nafu li x-xebba kienet toqgħod Nazaret u kienet mgħarrsa biex tiżżewweġ ma’ raġel, jismu Ġużeppi. Nafu li kien jisimha Marija. Dawn huma dettalji li nafu dwar l-identità ta’ Marija għax San Luqa dehrlu li kienu mportanti.
Continue reading