Archive
F’dawn il-ġranet tal-Avvent nieħdu ħsieb il-qalb tagħna’ – L-Arċisqof
Is‑Sibt, 9 ta’ Diċembru: fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof amministra s‑Sagrament tal‑Qrar, u fis‑6:15 p.m. iċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Burmarrad fil‑bidu tal‑Viżta Pastorali fil‑Parroċċa ta’ Burmarrad.
Read more…
Mara sabiħa li tisraq il-qlub
Il-Ħamis 7 ta’ Diċembru 2017. Omelija tal-Isqof ta’ Għawdex, Monsinjur Mario Grech fil-Vġili tas-Solennità tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Knisja ta’ San Franġisk ta’ Assisi, il-Belt Victoria. Read more…
It-Tieni Ħadd tal-Avvent, Sena B
Il-Ħadd, 10 ta’ Diċembru 2017: Is-Suddjaknu Dennis Mifsud b’riflessjoni dwar il-qari tal-Quddiesa tat-Tieni Ħadd tal-Avvent, Sena B. Dan huwa t-Tieni Ħadd tas-Sena Liturġika li bih il-Knisja tkompli Żmien l-Avvent.
L-Evanġelju tas-Sibt, 9 ta’ Diċembru 2017
Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 9, 35 – 10, 1.6-8
Il-bliet u r-rħula tar-ritratti jaħbu rejaltajiet iebsa. Ġesù jdurhom kollha imma mhux turista. It-tir tiegħu hu dejjem li jxandar u jistieden, l-Aħbar it-Tajba tas-Saltna li waslet. Alla ma jasalx fil-ġrajjiet straordinarji li joħloq il-bniedem imma fil-weġgħat tal-qalb. Mhux Alla tal-‘Ooo’ imma Alla tal-‘ajma’. F’kull belt u raħal hemm l-‘ajma’ sinċiera u ħafna drabi siekta, għax l-‘ajma’ ma tingħoġobx, hija piż għal min ma jafhiex jew insieha. Il-ftit ‘ajmiet’ li nafu bihom għandna l-ħila ndawruhom f’investiment personali, il-bqija għandna l-ħila nippretendu li ma nafux bihom; ngħixu magħhom u meta jitilgħu fil-wiċċ, jisiltulna demgħa, imma, kif ngħidu, il-ħajja tibqa’ għaddejja.
Read more…