Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Alla huwa Missier u Omm fl-istess ħin

Alla huwa Missier u Omm fl-istess ħin


Il-Ħamis 14 ta’ Diċembru. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Alla huwa Missier u Omm fl-istess ħin, huwa ‘tenerezza’ li tidher l-aktar quddiem il-ġrieħi tagħna. Dan kien kliem il-Papa Franġisku waqt l-omelija tal-quddiesa li ċċelebra dalgħodu fil-kappella tad-Dar Santa Marta.

 

Il-Papa kien qed jagħmel riflessjoni dwar l-ewwel qari meħud mill-Profeta Iżaija u dwar is-Salm Responsorjali. Iżaija jippreżentalna lil Alla qiesu missier qiegħed ikellem lil ibnu żgħir: iċekken leħnu biex jixbah lil dak tat-tifel u, qabel kollox, iserraħlu rasu meta jgħidlu: ‘Tibżax, jien ġej ngħinek.’

Donnu li Alla tagħna jrid iħanninna b’xi ninna nanna għax it-tenerezza tiegħu dik hi: Huwa missier u omm. Ġesù kien qal: ‘Jekk omm tinsa lil uliedha, Missieri li hu fis-smewwiet ma jinsiekomx.’ Alla jġorrna fil-vixxri tiegħu, qal Franġisku.

B’dan id-djalogu Alla jiċċekken biex ifehemna, biex isaħħaħ il-fiduċja tagħna fiH, u biex bil-kuraġġ ta’ Pawlu nkunu nistgħu nsejħulu ‘Abbà, Missier.’

Hu minnu li xi drabi Alla jurina l-bastun. Hu kbir, imma bit-tenerezza tiegħu jersaq qribna u jsalvana. Dan hu misteru u waħda mill-isbaħ affarijiet. Hu Alla li jiċċekken imma fiċ-ċokon tiegħu xorta waħda jibqa’ kbir. U f’dan tinsab it-tenerezza tiegħu. Il-kbir jiċċekken u ċ-ċkejken huwa kbir.

Il-Milied jgħinna nifhmu dan: f’dik il-maxtura hemm Alla ċkejken. San Tumas, kompla jgħid il-Papa, jistaqsi: X’inhu divin? X’inhi l-aktar ħaġa divina? U jżid: Tibżax mill-affarijiet kbar, imma agħti każ tal-affarijiet iż-żgħar. Dawn iż-żewġ affarijiet f’daqqa huma d-divin.

Alla mhux biss jgħinna imma jwegħedna wkoll il-ferħ, ħsad kbir, biex jgħinna nibqgħu mexjin ‘il quddiem. Allura jien għandi ħila nitkellem m’Alla jew nibża’?

Xi ħadd jista’ jistaqsi: Imma fejn insibuha t-tenerezza ta’ Alla fit-teoloġija? Fejn hu l-post li fih tidher l-aħjar it-tenerezza ta’ Alla? Fil-ġerħa, issokta l-Papa Franġisku. Fil-ġrieħi tiegħi, fil-ġrieħi tiegħek, meta Hu jiltaqa’ mal-ġerħa tiegħi, mal-ġerħa tiegħek.

Dan narawh fil-parabbola tas-Samaritan it-tajjeb: fiha xi ħadd imil fuq ir-raġel li waqa’ f’idejn il-ħallelin, itih l-għajnuna, idewwilu l-ġrieħi u jħallas għall-fejqan tiegħu. Hawnhekk tinsab it-tenerezza ta’ Alla: fil-pjagi tagħna.

Il-Papa temm bi stedina: Matul il-ġurnata llum aħsbu ftit dwar dis-sejħa tal-Mulej: ‘Urini l-ġrieħi tiegħek għax irrid infejjaqhomlok.’

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: