Il-funzjonijiet reliġjużi li ser imexxi l-Arċisqof Charles J. Scicluna fl-okkażjoni tal-Milied jibdew fil-Lejl tal-Milied.
Il-Ħadd 24 ta’ Diċembru 2017, fil-11:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi t-talba tal-Liturġija tas-Sigħat fil-Quddiesa ta’ Nofsillejl fil-Katidral tal-Imdina, fis-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu.
It-Tnejn 25 ta’ Diċembru, fl-10:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali
fis-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
Il-Ħadd 31 ta’ Diċembru, fil-5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr fi tmiem is-sena, bil-kant tat-Te Deum, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
It-Tnejn l-1 ta’ Jannar 2018, fid-9.00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ Jum
il-Paċi, fid-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi.
Il-Ħadd 7 ta’ Jannar, fid-9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal-Epifanija
fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.