Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Il-fekondità hi barka

Il-fekondità hi barka


It-Tlieta 19 ta’ Diċembru. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Alla jkattar bl-abbundanza u jrid li aħna nkunu bħalu billi ngħixu għall-oħrajn u nagħtu l-ħajja.

 

Waqt il-quddiesa fil-kappella tad-Dar Santa Marta dalgħodu, il-Papa stedinna biex inħarsu lejn il-maxtura vojta aħna u nistennew il-miġja tal-Bambin ċkejken u nagħtu ħarsa lejn qlubna biex ma jibqgħux magħluqin qishom xi oġġett f’mużew.

Fekondità u sterilità: il-qari tal-lum jippreżentalna t-tħabbira tat-twelid ta’ Sansun u ta’ Ġwanni l-Battista li l-anġlu wassal lil żewġ nisa ħawlija u mdaħħlin fiż-żmien bħal fil-kas ta’ Eliżabetta.

L-isterilità kienet għajb f’dawk iż-żminijiet u kienet grazzja minn Alla t-twelid ta’ tarbija. Fil-Bibbja, qal il-Papa, naqraw dwar ħafna nisa ħawlija li jixtiequ wild b’qalbhom kollha, jew inkella ommijiet li jibku t-telfa ta’ wliedhom għax se jibqgħu mingħajr dixxendenza: Sarah, Noemi, Anna, Eliżabbetta.

Imlew l-art, kunu għammiela!, fakkar Franġisku. Dan kien l-ewwel kmandament li Alla ta lil missirijietna. Fejn hemm Alla hemm il-fekondità.

Qed niftakar, issokta l-Papa, f’dawk il-pajjiżi li għażlu t-triq tal-isterillità u qed ibatu mill-marda tax-xitwa demografika. M’għandhomx tfal, huma pajjiżi vojta u din mhix barka.

Il-fekondità hi materjali u spiritwali, iċċara l-Papa. Li tagħti l-ħajja. Persuna tista’ ma tiżżewwiġx bħas-saċerdoti u l-persuni konsagrati, imma dejjem għandha tgħix biex tagħti l-ħajja lill-oħrajn. Gwaj, żied jgħid, jekk aħna ma nkunux għammiela bl-opri tajba.

Il-fekondità hi sinjal tal-preżenza t’Alla. Il-Papa fakkar kif il-Profeti kienu jagħżlu simboli sbieħ ħafna bħalma hu d-deżert. X’hemm aktar ħawli mid-deżert?, iżda huma jgħidu li d-deżert ukoll iwarrad, in-nixfa timtela bl-ilma. Din hi propju l-wegħda ta’ Alla.

Minnu li x-xitan irid l-isterilità, irid li aħna ma ngħixux biex nagħtu l-ħajja fiżika jew spiritwali lill-oħrajn, iridna ngħixu għalina nfusna. Ix-xitan hu dak li jiżra’ s-sikrana tal-egoiżmu li jagħmilna sterili.

Hija grazzja li jkollok l-ulied li jkunu huma li jgħalqulek għajnejk fil-ħin tal-mewt, qal il-Papa Franġisku u ftakar f’missjunarju ta’ disgħin sena li miet hieni għax matul ħajtu kien iġġenera bosta ulied spiritwali.

F’dal-punt il-Papa rrifletta dwar il-festa tal-Milied li qed toqrob. Hawnhekk, qal, għandna benniena vojta. Tista’ tkun simbolu ta’ tama għax fiha se jiġi Bambin ċkejken, u tista’ tkun oġġett f’mużew, vojta tul il-ħajja kollha. Qalbna hi benniena. Kif inhi qalbi? Vojta, dejjem vojta imma dejjem miftuħa biex tilqa’ l-ħajja u tagħtiha? Biex tirċievi u tkun għammiela? Jew hi qalb qiesha oġġett ta’ mużew li qatt ma tinfetaħ għall-ħajja jew biex tagħti l-ħajja?

Nissuġġerilkom, temm jgħid Franġisku, biex tħarsu lejn dil-benniena vojta u tgħidu: Ejja Mulej, imla’ dil-benniena, imlieli qalbi, imbuttanti biex nagħti l-ħajja, biex inkun għammiel.

Ħajr lill-kamra tal-aħbarijiet ta’ Radju Marija.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: