Anke l-Afganistan konsagrat lill-Verġni Marija

Il-Ġimgħa, 13 ta’ Ottubru 2017: F’għeluq il-mitt sena mill-aħħar dehra tal-Madonna lit-tfal ta’ Fatima, u tal-fenominu tax-xemx li seħħ quddiem folla ta’ 70,000 persuna, l-Afganistan ġie konsagrat lill-Qalb Immakulata ta’ Marija.  Iċ-ċerimonja saret f’Kabul ġo kappella zgħira li hemm fl-Ambaxxata Taljana u li hija l-unika Knisja Kattolika fil-pajjiż kollu. Tmexxit minn Father Giovanni Scalese, Superjur tal-Catholic Mission fl-Afganistan li kienet twaqqfet fl-2002.  Ara aktar dettalji minn hawn …

http://www.asianews.it/news-en/Afghanistan,-the-heart-of-martyred-Asia,-consecrated-to-Our-Lady-of-Fatima-42051.html

Ikla tal-Milied għal familji fil-bżonn jew persuni waħidhom

Il-Dar tal-Irtiri tal-Ġiżwiti ‘Manresa’ flimkien mad-Djoċesi ta’ Għawdex f’dan il-Milied ser iwasslu “Ikla tal-Milied” lil għadd ta’ familji fil-bżonn jew persuni waħidhom. Filwaqt li s-Sur Joe Mercieca, Manager tad-Dar Manresa, flimkien mat-tim tiegħu, ħadu ħsieb iħejju l-ikel, il-kappillani ser iwasslu dan ir-rigal fid-djar. L-Isqof Mario Grech dalgħodu għamel żjara lill-‘kċina’ ta’ Manresa u filwaqt li awgura li fid-Djoċesi joktru ġesti ta’ mħabba bħal din l-inizjattiva, radd ħajr lil dawk kollha li qed jieħdu sehem f’din il-karità.