Home > Arċisqof Charles J. Scicluna > Illum il-ġnus kollha raw is-salvazzjoni ta’ Alla tagħna

Illum il-ġnus kollha raw is-salvazzjoni ta’ Alla tagħna


It‑Tnejn, 25 ta’ Diċembru 2017: fl‑10:30 a.m., Monsinjur Arċisqof iċċelebra Quddiesa Pontifikali fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

357769-740xNone

 

L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna – Fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

Is-silta mill-Ktieb tal-Profeta Isaija li tiftħ il-qari qaddis f’din it-tielet Quddiesa tal-Milied, il-Quddiesa tal-jum, tinsisti ħafna fuq din il-grazzja kbira li fl-aħħar l-ġnus jistgħu jaraw lill-Mulej.

Il-Mulej jixxandar bħala dak li jġib ir-risq, bħala dak li jġib is-salvazzjoni, bħala dak li jġib il-ferħ (ara Is 52, 7). “Raw b’għajnejhom lill-Mulej” (v. 8). U tifraħ, rawh tarbija f’maxtura. Aħna u nħarsu lejn it-tarbija ta’ Betlehem, nifhmu l-kobor u s-sbuħija tal-profezija ta’ Isaija: “Għax raw b’għajnejhom lill-Mulej”.

Is-silta mill-Evanġelju ta’ San Ġwann, li x’aktarx kienet innu liturġiku li l-evanġelista użah biex jintroduċi r-raba’ Evanġelju, jirrealizza li “lil Alla għadu ħadd ma rah”, imma jirringrazzja lill-Mulej, flimkien mal-ewwel komunità, li Ġesù għarrafna lill-Missier. “Lil Alla għadu ħadd ma rah imma għarrafhulna l-Iben il-waħdieni ta’ Alla, li hu fi ħdan il-Missier” (Ġw 1, 18).

Jekk irridu nifhmu min hu Alla, il-Mulej illum qed jistedinna biex inħarsu lejn tarbija f’maxtura. Iridna nħarsu lejn kreatura għax l-Iben tiegħu, fil-misteru tat-twelid tiegħu, huwa ħlejqa mnissla bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu u li twieldet permezz u minn Marija Verġni. Imma bħala Alla, il-Verb Divin huwa minn dejjem. Hu sar sehem min-natura tagħna l-bnedmin biex jagħti sehem lilna min-natura tiegħu ta’ Alla. Hekk infakkru f’kull Quddiesa meta s-saċerdot ipoġġi ftit qatriet ilma fil-kalċi tal-inbid biex se jkun offrut biex issir id-Demm ta’ Ġesù.

Kemm hi ħaġa sabiħa li aħna llum nieqfu u nimmeditaw din l-imħabba kbira li għandha tant għatx li l-bniedem jiltaqa’ magħha u jħobbha, li ssir bniedem. Din l-imħabba, li huwa Alla nnifsu, il-Verb li kien fil-bidu ma’ Alla, kollox sar bih, xejn ma sar mingħajru. Kulma sar kellu l-ħajja fih, dan huwa dawl minn dawl, id-dawl veru, kif ngħidu fl-istqarrija tal-fidi tagħna: “Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru”.

Id-dinja saret bih. San Ġwann nimmaġinah b’għafsa ta’ qalb għaliex kien xhud tas-salib tal-Mulej, jgħid “imma d-dinja ma għarfitux. Ġie f’daru, imma niesu ma laqgħuhx. Imma lil dawk li laqgħuh tahom is-setgħa li jsiru wlied Alla” (Ġw 1, 10-11).

Hu jitkellem minn tliet tipi ta’ filjazzjoni: il-filjazzjoni tad-dehen, il-Missier li jnissel lil Ibnu, il-filjazzjoni każwali tal-ġibda tal-ġisem, il-filjazzjoni li ġejja mir-rieda tal-bnedmin fl-adozzjoni legali. Imma jinsisti li aħna wlied adottivi minn Alla: dawk li jemmnu f’ismu li twieldu minn Alla (ara vv. 12-13).

Aħna llum niċċelebraw l-fatt li Alla sar bniedem imma niċċelebraw ukoll is-sejħa li għandna li nieħdu sehem mid-divinità tiegħu. Hija sejħa kbira, sejħa ta’ responsabbiltà.

Illum il-ġnus kollha raw is-salvazzjoni ta’ Alla tagħna. Kemm hi ħaġa sabiħa u qaddisa li l-Mulej, li nissel il-Kelma tiegħu sa mill-eternità, jagħmel li din il-kelma titlaħħam, issir bniedem, tgħammar fostna.

Today as we celebrate Christmas, we celebrate the great mystery of God who is love who sent his Son to be one of us. “The Word was made flesh and dwelt among us”. All nations can see the Lord as we contemplate and look on the baby in the manger in Bethlehem. We can remember and be glad and rejoice for the prophecy of Isaiah is fulfilled: “with their own eyes they have seen the Lord” (Is 52, 8). Let us stop for a while today on this blessed day of Christmas to contemplate the mystery of God’s love who became man that he may redeem us, bring us peace and true joy.

Oggi tutta la terra vede il volto di Dio. Oggi il Verbo di Dio, che nessuno poteva vedere, si è reso visibile. Noi, guardando alla culla di Betlemme, alla mangiatoia possiamo guardare il figlio di Dio. E così possiamo non solo percepire la sua presenza ma assaggiare la sua dolce tenerezza, il suo amore che perdona, che sata, che consola. Noi vogliamo gioire oggi perche il figlio di Dio si e’ fatto carne; noi possiamo guardarlo, guardando quel pargoletto in una mangiotoia. Noi vogliamo anche accogliere l’invito degli angeli: “Vi annunciamo una grandissima gioia. È nato per voi il salvatore, lo vedrete, lo troverete bambino, un piccolo bambino in una mangiatoia” (Lc 1:10).

Il Vangelo del giorno oggi è preso dall’inizio del Vangelo di Giovanni è questa frase dice tutto quello che bisogna sapere del Natale: “Il Verbo si è fatto carne e abitò in mezzo a noi” (Giov 1:14). Il Dio, che nessuno può vedere, si è fatto visibile, lui “che luce da luce, Dio da Dio, Dio vero da Dio vero”. Oggi contempliamo questo grande amore perché siamo invitati a diventare sempre piu vicini di lui che si è fatto uomo per essere con noi, uno di noi. E ci darà forza per essere anche per gli altri perché lui da la vita a tutti gli uomini. E se lui ha dato la vita per noi, abbiamo così la forza di dare la vita agli altri.

✠ Charles J. Scicluna

Arċisqof ta’ Malta

 

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: