Avviżi

Iż-Żgħażagħ, ix-Xorb u d-Droga

Il-Kummissjoni Djoċesana Familja tal-Knisja f’Għawdex qed torganizza konferenza bid-domanda, “X’tista’ tagħmel il-familja?” Il-konferenza ser issir fis-Sala Villa Fiorita, limiti ta’ Marsalforn, is-Sibt 20 ta’ Jannar 2018 bejn il-5.00pm u t-8.00pm. Il-kelliem se jkun it-Terapista tal-Familja, Dr Charlie Azzopardi. Ara aktar dettalji fil-poster hawn taħt …
Continue reading

Minn Fr Michael Bugeja

L-Evanġelju tal-Erbgħa, 27 ta’ Diċembru 2017

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 20: 1-8

Illum ukoll il-Knisja tidher li qed twaqaf għal ftit in-narrattivi ta’ żmien il-Milied biex tiċċelebra l-festa tad-dixxiplu l-maħbub tal-Mulej San Ġwann l-Evanġelista, b’silta mill-Evanġelju marbut miegħu, bir-rakkont tal-għarfien li l-qabar hu vojt u li dan ifisser dak li kien wiegħed Ġesù nnifsu diversi drabi u għalhekk jaraw il-qabar vojt u jemmnu.
Continue reading