Vanġelu (Lq 2. 22-40): Meta koppja Lhud kien ikollhom tifel, kien meħtieġ jagħmlu żewġ riti: (a) Fil-Lvant Nofsani dak iż-żmien kienu jibżgħu li mal-ħruġ ta’ xi demm mill-ġisem (bħalma jiġri fi twelid) wieħed jiġi espost għal xi mard. Għalhekk kienet meħtieġa il-purifikazzjoni; (b) Fit-Torah kien hemm stipulat li l-ewwel wild kellu jiġi offrut lill-Mulej bħala sinjal li dan kien rigal t’Alla. Naturalment ma setgħux joqtlu tarbija. Minn flokha kienu jissagrifikaw annimal skond il-mezzi li jkollhom. Continue reading “Lectio Divina għall-Ħadd fl-Ottava tal-Milied. Il-Familja Mqaddsa.”