Minn Fr Philip Cutajar OFM Cap, Ġenerali

Inkunu Strumenti ta’ Paċi

Minn Fr. Philip Cutajar OFMCap

Fr. Philip Cutajar2Għall-grazzja ta’ Alla qed nagħtu bidu għal sena ġdida: is-Sena 2018. Iż-żmien igerbeb. Sena għaddiet u mietet bħas-snin ta’ qabilha u issa permezz ta’ dan ix-xahar ta’ Jannar qed naqilbu l-kalendarju taż-żmien ta’ ħajjitna. Bħal ta’ kull sena l-1 ta’ Jannar filwaqt li bħala nsara kattoliċi niċċelebraw il-Festa ta’ Marija Omm Alla, neddedikaw ukoll dan il-jum bħala Jum Il-Paċi. X’hemm isbaħ milli nagħtu bidu għas-sena l-ġdida nawguraw lil xulxin sena u ħajja ta’ paċi taħt il-ħarsien ta’ Marija Omm Alla, Ommna u Sultana tal-Paċi! Continue reading

Aħbarijiet

Ċelebrazzjonijiet tal-Milied projbiti fil-Korea ta Fuq

Is-sit newsbook.com.mt irrapporta li l-insara fil-Korea ta’ Fuq iċċelebraw il-Milied reliġjuż weħidhom jew fi gruppi żgħar għax legalment ma jistgħux jinġabru bħala komunita’ reliġjuża. Fil-fatt il-Korea ta’ Fuq hi l-aktar pajjiż diffiċli fejn wieħed jgħix bħala nisrani. Pajjiż li għal dawn l-aħħar 11-il sena kien meqjus bħala l-ewwel wieħed fil-lista ta’ pajjiżi fejn l-insara jinsabu taħt persekuzzjoni.
Continue reading