Il-Ħadd, 7 ta’ Jannar 2018: Vanġelu (Mt 2. 1-12): Il-kelma “Epifanija” tfisser manifestazzjoni ta’ xi ħadd fl-għoli, e.g. tal-Preżenza Divina. Meta l-allat Griegi kienu jinżlu qalb il-bnedmin u jrebbħuhom xi gwerra, kienu jgħidu li seħħet epifanija tal-allat. L-Insara tal-Lvant aktar kienu jiċċelebraw il-magħmudija ta’ Ġesu milli t-twelid, għax hemm Ġesu aktar wera ruħu fil-beraħ. Continue reading “Lectio Divina fis-Solennità tal-Epifanija tal-Mulej”