Aħbarijiet

Miet l-Isqof Adeodato Micallef.


L-Erbgħa, 3 ta’ Jannar 2018: Illum, il-Kurja tal-Arċisqof ħabbret il-mewt tal-Isqof Adeodato Micallef.

Adeotato Micallef twieled fis-17 ta’ Diċembru 1928, iben George u Marianna Micallef, minn Birkirkara. Fl-età ta’ 18-il sena ngħaqad mal-Ordni tal-Karmelitani Skalzi.

adeodatoBejn is-snin 1950-1955 studja t-teoloġija f’Ruma fejn ħa l-kwalifika fit-teoloġija.

Ħa l-aħħar voti tiegħu fis-sena 1951 u sar membru tal-Ordni. Fis-sena 1954 huwa kien ordnat qassis. Meta ġie lura minn Ruma tgħallem it-teoloġija morali.

Fis-sena 1970 Micallef kien elett bħala provinċjal tal-Karmelitani Skalzi f’Malta u wara serva bħala r-rettur tal-Kulleġġ tal-Ordni tal-Karmelitani Internazzjonali f’Ruma sa Novembru tal-1981, meta l-Papa Ġwanni Pawlu II laħqu Isqof tal-Kuwajt.

Huwa baqa’ bħala l-uniku Isqof Kattoliku fil-Kuwajt waqt l-Invażjoni mill-Iraq fl-1990, u kien l-uniku kuntatt mal-Vatikan matul dak iż-żmien.

Irtira fl-2005 wara ċermonja speċjali li saret fil-Katidral tas-Sagra Familja fil-Kuwajt.

Fl-2014 iċċelebra Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr fis-Santwarju ta’ Santa Tereża tal-Bambin Ġesù f’Birkirkara fl-għeluq ta’ sittin sena mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu.

L-Isqof Adeodato Micallef kellu 89 sena.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s