Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tal-Ħamis, 4 ta’ Jannar 2018

L-Evanġelju tal-Ħamis, 4 ta’ Jannar 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 1, 35-42

L-għada tal-preżentazzjoni ta’ Ġesù bħala l-ħaruf ta’ Alla li jneħħi d-dnubiet tad-dinja lill-midinbin li marru jitgħammdu fix-xmara Ġordan minn Ġwanni, il-Battista, mdawwar minn tnejn mid-dixxipli tiegħu, jerġa jilmħu għaddej mill-inħawi u tenna lid-dixxipli dak li qal il-ġurnata ta’ qabel dwaru.

Din id-darba ma jsemmix il-għan tal-preżenza tiegħu, iżda sempliċiment jurihom min hu, donnu jrid jgħidilhom li minn dakinhar ’il quddiem kellhom jimxu warajh, isiru jafuh iżjed. U d-dixxipli jilqgħu l-istedina tal-imgħallem tagħhom u jħalluh biex imorru wara Ġesù.

San Ġwann, ma jagħtinhiex ir-rakkont tas-sejħa kif jgħadduhielna Mattew, Luqa u Marku. Id-dixxipli Ġwanni u Indrì imorru wara Ġesù wara li l-Battista uriehom min hu. Kienu diġa qegħdin ifittxu l-verità għand Ġwanni l-Għammiedi. Hu uriehom il-verità li kienu qed ifitxxu u huma marru wara Ġesù.

Ġesù jħosshom mexjin warajh u jistaqsihom xi jridu. It-tweġiba tagħhom b’mistoqsija oħra li tindirizza lil Ġesù bħala ‘mgħallem’, tissuġġerixxi li l-ħsieb tagħhom ma kienx biss li jimxu warajh, iżda wkoll li joqgħodu miegħu. Minn issa ’l quddiem, donnhom riedu jgħidulu, aħna għal miegħek. Ġesù jilqagħhom u jaċċetta l-ħsieb tagħhom. Ejjew u taraw! Tibqgħux fuq dak li qe djgħidilkom ħaddieħor, ejjew u duqu intom. Id-dixxipulat ta’ Ġwanni u Indrì, huwa kumpless iżjed minn sempliċi sejħa u tweġiba immedjata. Il-bidu tad-dixxipulat tagħhom jagħtina indikazzjoni ta’ nisġa ta’ relazzjonijiet u tiftix. Is-sejħa ma tiġix biss mill-kelma ta’ Alla b’mod dirett, imma mill-għatx tal-bniedem li jfittex u mir-relazzjonijiet tajba li l-bniedem jidħol fihom huwa u jfittex il-verità. Huma fittxew, Ġwanni mexxiehom u wriehomu huma ddeċiedew; Ġesù jurihom li nduna bil-ħsieb tagħhom u jitlob konferma; huma staqsew u Ġesù stedinhom. Huma laqgħu l-istedina.

Indrì jilqa’ l-istedina ta’ Ġesù u jirrejaliżża li sab dak li kien qed ifittex. Feraħ u l-ferħ tiegħu ma żammux għalih. Id-dixxipulat bidlu f’appostolat immedjat. Meta wieħed isib ġawhra tqum ħafna, ibieh kollox biex jixtriha. Is-sejba li għamlu dawn iż-żewġ dixxipli kien ta’ min jgħid biha lil ħaddieħor u għalhekk Indrì jmur mill-ewwel għand ħuh Xmun u jtarraflu x’ġara. Sibnieh. Ejja ħa tara int ukoll. F’kapitlu 20 tal-istess Evanġelju nerġgħu naraw sitwazzjoni li tixbah ħafna lil din. Pietru jasal wara Ġwanni, d-dixxplu l-maħbub, jidħol fil-qabar qablu; hawnhekk iżda jiġbed l-attenzjoni ta’ Ġesù qablu u Ġesù jibdillu l-eżistenza tiegħu. Ma jismekx iktar Xmun imma Kefas jew Pietru jew Blata.

Hemm nisġa sħiħa u kumplessa kif il-bnedmin jaslu għandu Ġesù u jilqgħu is-sejħat tiegħu u jiweġbu għalihom. Hemm dinja ġdida meta l-bniedem li jisma’ s-sejħa jilqagħha u jiltaqa’ ma min isejjaħlu: jibdillu ħajtu.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: