Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Id-disprezz lejn id-dgħajjef huwa ħidma tax-Xitan

Id-disprezz lejn id-dgħajjef huwa ħidma tax-Xitan


It-Tnejn 8 ta’ Jannar. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

X’hemm fil-ġewwieni tagħna li jġegħilna nwaqqgħu għaċ-ċajt u numiljaw lill-aktar dgħajfa? Din kienet il-mistoqsija li l-Papa Franġisku għamel dalgħodu matul l-omelija tiegħu fil-quddiesa fid-Dar Santa Marta.

 

Il-Papa Franġisku għamel riflessjoni dwar il-ħafna stejjer bibliċi li jirrakkuntaw l-umiljazzjoni ta’ persuna dgħajfa u vulnerabbli minn id xi ħadd qawwi u setgħan. Il-Papa qal li x-Xitan jimbotta din it-tip ta’ attitudni għaliex fih m’hemmx kompassjoni. Il-Papa ħa spunt mill-ewwel qari mill-ewwel ktieb ta’ Samwel li jittratta l-ġenituri ta’ Samwel, Elkanah u Hannah. Elkanah kellu żewġ nisa: Hannah li kienet bla wlied u Penninah li tatu bosta wlied. Minflok ma kienet twennes lil Hannah, Penninah kienet tgħajjarha minħabba l-infertilità tagħha.

Il-Papa kompla jgħid li hemm stejjer bibliċi oħra li jirrakkuntaw id-disprezz lejn id-dgħajfa, bħall-ġrajja tan-nisa ta’ Abraham, Ħagar u Sarah. L-istess naqraw ukoll bejn l-irġiel, bħal fil-ġrajja ta’ David u Gulija. Imbagħad kemm il-mara ta’ Ġob u l-mara ta’ Tobija kienu jċekknu lil żwieġhom.

Il-Qdusija Tiegħu mbagħad staqsa:  X’hemm fil-ġewwieni tagħna li jġegħilna nwaqqgħu għaċ-ċajt u numiljaw lill-aktar dgħajfa? Wieħed forsi jifhem ir-rabja ta’ persuna lejn min hu aktar b’saħħtu, forsi minħabba għira, iżda għaliex ir-rabja kontra d-dgħajjef? Xi jġegħilna nġibu ruħna hekk? Qisu xi vizzju – qisu għandna bżonn nirredikolaw persuna oħra biex inħossuna kunfidenti, bħallikieku kien xi bżonn.

Il-Papa Franġisku nnota li dan spiss jiġri wkoll fost it-tfal. Huwa rrakkonta l-ġrajja ta’ meta kien żgħir u qrib tiegħu kienet tgħix mara, li kien jisimha Angelina, li kellha marda mentali. Din kienet itterraq it-toroq il-ġurnata kollha u n-nies kienu jagħtuha ikel u lbies. Iżda t-tfal tal-post kienu jidħku biha u jgħidu: ‘Ejja nsibu lil Angelina u noqogħdu naqbdu magħha!’

Il-Papa b’niket irrikonoxxa li hawn ħafna ħażen, anke fit-tfal, li jaslu li jittrattaw lid-dgħajfa b’dan il-mod.

U llum l-istess imġiba narawha kuljum fl-iskejjel: il-fenomenu tal-bullying, li tattakka lid-dgħajjef, għaliex oħxon jew għax barrani jew ta’ ġilda skura….  Attakki minn tfal u żgħażagħ ukoll. Ma kinux biss Peninnah, Ħagar jew in-nisa ta’ Tobija u Ġob: anke t-tfal. Dan ifisser li hemm xi ħaġa ġo fina li ġġegħilna naġixxu b’mod aggressiv lejn id-dgħajfa.

Il-Papa qal li l-psikologi probabbilment jagħtu spjegazzjoni oħra ta’ din ix-xewqa li wieħed ikisser lill-ieħor għaliex huwa dgħajjef, iżda huwa jemmen li din l-imġiba hija konsegwenza tad-Dnub Oriġinali, li dan huwa xogħol tax-Xitan għaliex Satana m’għandux kompassjoni.

U bl-istess mod, meta nħossu xewqa kbira li nagħmlu azzjoni tajba, xi att ta’ karità, ngħidu li l-Ispirtu s-Santu jispirana biex inwettqu azzjonijiet tajba. U meta nbejtu fina x-xewqa li nattakkaw lil xi ħadd għaliex huma dgħajfa, m’għandniex dubju: huwa x-Xitan.

Fl-aħħar il-Papa ħeġġeġ biex nitolbu lill-Mulej il-grazzja tal-ħniena t’Alla. Huwa dak li għandu kompassjoni għalina u jgħinna nimxu ’l quddiem.

 Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: