Tħabbira tal-Festi Pontifikali tal-Epifanija


Il-Ħadd, 7 ta’ Jannar: l-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa tal-Epifanija fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta li matula tħabbru l-festi tal-Mulej għas-sena 2018.

 

Ħuti għeżież,
f’dawn il-ġranet deher fostna s-sebħ tal-Mulej
u se jibqa’ jidher sa ma jerġa’ jiġi
b’setgħa u glorja kbira.
Tul is-sena kollha, flimkien mal-Knisja,
aħna ngħixu l-misteru tas-salvazzjoni tagħna,
li jilħaq il-qofol tiegħu
fit-tlett ijiem imqaddsa tal-Għid,
li fihom niċċelebraw il-passjoni, il-mewt
u l-qawmien ta’ Kristu mill-imwiet.

Din is-sena l-ferħ tal-Għid il-Kbir
li jixxerred ma’ kullimkien fid-dinja,
se ngħixuh mal-Knisja kollha fl-1 ta’ April.

Iżda kull nhar ta’ Ħadd
il-Knisja tistedinna biex ngħixu dan il-ferħ tal-Għid,
għax kull nhar ta’ Ħadd il-Knisja tiċċelebra
il-misteru kbir tal-fidwa tagħna
u tfakkarna li l-Mulej bil-mewt tiegħu
qered il-mewt tagħna
u bil-qawmien tiegħu mill-imwiet tana ħajja ġdida.

Marbutin ma’ din il-festa tas-salvazzjoni tagħna
hemm il-jum qaddis tal-bidu tar-Randan Imqaddes
li din is-sena se niċċelebrawh fil-14 ta’ Frar;
hemm it-tlugħ tal-Mulej fis-sema
li se jiġi fit-13 ta’ Mejju;
hemm, fl-20 ta’ Mejju, jum Għid il-Ħamsin
li jagħlaq iż-żmien ta’ l-Għid il-Kbir tal-Mulej.

U hemm imbagħad
l-ewwel Ħadd tal-Avvent fit-2 ta’ Diċembru,
meta mill-ġdid mal-Knisja nibdew ngħixu
l-misteru tas-salvazzjoni tagħna.

Il-Knisja tħabbar ukoll il-misteru tal-Għid
meta, matul is-sena, tiċċelebra l-festi
tal-Imqaddsa Verġni Marija, Omm Alla u Omm il-Knisja
tal-Appostli u tal-Qaddisin,
tal-Martri u tar-Ragħajja tal-Erwieħ u tal-Verġni,
u kull meta tagħmel it-tifkira ta’ ħutna l-mejtin,
waqt li tagħti tifħir, ġieh, glorja u radd il-ħajr
lill-Mulej Ġesù, li kien li hu, u li jibqa’ għal dejjem,
Sid iż-żminijiet u Sultan tal-Ħolqien kollu.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.