Home > Avviżi > X’inhu ‘dixxerniment’ u xi jfisser?

X’inhu ‘dixxerniment’ u xi jfisser?


L-Erbgħa, 10 ta’ Jannar 2018: Il-Fraternità Sekulari Charles de Foucauld flimkien mal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali qed jistiedenu lill-pubbliku għal żewġ laqgħat fejn flimkien se jiskopru xi tfisser il-kelma ‘dixxerniment’ u kif wieħed jista’ juża din l-għodda biex jasal li jagħmel għażliet u deciżjonijiet skont ir-rieda ta’ Alla – kemm fuq livell personali kif ukoll fi grupp – imdawwal mill-Vanġelu.

dixxerniment-e1515659594910.jpgWaqt il-laqgħat, li se jsiru fit-12 u d-19 ta’ Jannar li ġej, immexxija minn Edward Warrington, se ssir riflessjoni fuq l-attitudnijiet li jgħinuna nersqu għal dan il-proċess: kif ninfetħu għall-Ispirtu ta’ Alla u għall-grazzja tiegħu; kemm hi tassew pożittiva u mimlija fiducja l-immaġni li għandna ta’ Alla; kif nagħrfu l-ispirtu t-tajjeb mill-ispirtu ħażin; kif inġibu ruħna meta nsibuna fid-dlam; kif inżommu ħarsitna fuq il-Mulej Ġesù.

Il-laqgħat se jsiru fl-Istitut Kattoliku bejn is-6pm u t-8pm. Min jixtieq japplika jikkuntattja lil pfimalta@gmail.com sal-Ħamis 11 ta’ Jannar 2018. Il-ħlas hu ta’ €5.

Categories: Avviżi
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: