Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > It-talb Nisrani huwa talb kuraġġuż

It-talb Nisrani huwa talb kuraġġuż


Il-Ġimgħa 12 ta’ Jannar. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Dalgħodu, matul l-omelija tiegħu fid-Dar Santa Marta, il-Papa rrifletta dwar dawk il-persuni fil-Vanġelu li jieħdu dak li jitolbu mill-Mulej.

 

Il-Papa fakkar żewġ siltiet mill-Vanġelu ta’ San Mark fejn Ġesù jfejjaq lebbruż u l-paralitiku. It-tnejn jitolbu biex jirċievu, it-tnejn jitolbu bil-fidi, saħansitra l-lebbruż jisfida b’kuraġġ lil Ġesù u jgħidlu: ‘Jekk trid, tista’ tfejjaqni!’ U t-tweġiba tal-Mulej hija immedjata: ‘Iva rrid!’ Għalhekk tassew li kollox huwa possibbli għal dawk li jemmnu.

Il-Papa Franġisku kompla jgħid li l-Vanġelu għalhekk iwassalna biex nistaqsu dwar il-mod ta’ kif aħna nitolbu. Ma nitolbux bħall-pappagalli u mingħajr interess f’dak li nitolbu, anzi nitolbu lill-Mulej biex jgħin lill-fidi ċkejkna tagħna anke quddiem id-diffikultajiet.

Fil-fatt hemm ħafna episodji fil-Vanġelu fejn mhux dejjem kien faċli li wieħed jersaq lejn Ġesù, speċjalment dawk l-aktar fil-bżonn. Il-Papa kompla jgħid li fil-Vanġelu tal-lum naqraw il-ġrajja tal-paralitiku li jitniżżel mis-saqaf għaliex ma kienx hemm mod ieħor minħabba l-folol kbar. Il-Papa kompla jgħid li r-rieda tal-bniedem issib soluzzjoni li tmur lil hinn mid-diffikultajiet.

Il-Papa Franġisku fakkar li Santa Monika, omm Santu Wistin, kienet titlob u tibki ħafna għall-konverżjoni ta’ binha u rnexxielha tiksibha. Il-Papa semmieha bħala waħda minn tant qaddisin li kellhom kuraġġ kbir fil-fidi tagħhom. Kuraġġ li tisfida lill-Mulej, kuraġġ li tieħu impenn, anke jekk ma tiħux mill-ewwel dak li tkun qed titlob.  Għaliex fit-talb trid tkun kuraġġuż u, jekk it-talb ma jkunx kuraġġuż, mhuwiex nisrani.

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: