Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara 2018

Print Friendly, PDF & Email

Il-Ġimgħa, 12 ta’ Jannar 2018.  Il-Kummissjoni Ekumenika tal-Arċidjoċesi ta’ Malta għadha kif ippublikat ktejjeb, imħejji apposta biex janima lill-Poplu Nisrani waqt il-Ġimgħa ta’ Talb ħall-Għaqda fost l-Insara.  F’messaġġ fil-bidu tal-ktejjeb, Dun Hector Scerri, President tal-Kummissjoni Ekumenika ħabbar li l-Insara minn Knejjes differenti f’Malta u f’Għawdex ġew afdati bit-tħejjija tal-materjal għall-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara tas-sena 2020.

Minbarra l-messaġġ tal-President, il-ktejjeb jiġbor fih ukoll hsieb għal kull jum waqt l-ottavjarju, numru ta’ talbiet ta’ maħfra, talbiet tal-ġemgħa, talba għall-għaqda fost l-Insara, kif ukoll adorazzjoni Ewkaristika.

Tista’ ssib kopja ta’ dan il-ktejjeb minn hawn … Ktejjeb Għaqda fost l-Insara 2018

Matul il-ġimgħa ta’ talb għall-għaqda fost l-Insara ser isir Servizz Ekumeniku fil-Knisja Parrokkjali tal-Isla nhar il-Ġimgħa, 19 ta’ Jannar 2018 fis-6.30 ta’ filgħaxija.  Dan is-servizz li ser jitmexxa mill-Arċisqof Charles J. Scicluna għandu t-tema, “Lemintek, Mulej, issebbħet fil-qawwa.” (Eż 15:6). Ara dettalji hawn.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading