Tifrik mill-knejjes tal-Iraq, issa f’wirja f’Malta

Print Friendly, PDF & Email

Aid to the Church in Need Malta (ACN) qed tagħmel wirja ta’ artikli reliġjużi miġjuba mill-Iraq li nstabu fit-tifrik tal-knejjes li ġew desakrati, maħruqa u mġarrfa mill-ISIS meta invadew il-Pjanuri ta’ Nineveh.

Capture

Fosthom hemm slaleb, statwi maħruqa u mġarrfa u relikwarji. Forsi l-aktar oġġett li jista’ jqanqal biża’ huwa kalċi mimli toqob tal-bulits. Dawn l-oġġetti jinsabu għall-wiri fil-Knisja tar-Ragħaj it-Tajjeb fi Triq Idmejda, Ħal Balzan.

Il-wirja se tibqa’ miftuħa sat-Tnejn 15 ta’ Jannar. Għada s-Sibt u t-Tnejn tkun miftuħa mis-7am sa 9am u mill-5pm sa 7pm u l-Ħadd mit-8am sa 10am.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading