Il-Papa Franġisku dwar il-frott tal-gwerra

It-Tnejn, 15 ta’ Jannar 2018: Fit-titjira li qed tieħdu lejn iċ-Ċili il-Papa qassam lill-ġurnalisti ritratt ta’ tifel ċkejken, iġorr il-katavru ta’ ħuh, wara li ntefgħet il-bomba atomika fuq il-belt ta’ Nagasaki. Dan ir-ritratt semmieh “il-frott tal-gwerra”. Il-Papa wera t-tħassib tiegħu dwar il-periklu li qegħdin fil-limitu ta’ gwerra nukleari.

Ara hawn taħt ir-ritratt li qassam il-Papa lill-ġurnalisti li kien miegħu fuq l-istess ajruplan …

Continue reading Il-Papa Franġisku dwar il-frott tal-gwerra

Vjaġġ Appostoliku ieħor mill-Papa Franġisku

It-Tnejn, 15 ta’ Jannr 2018: Minkejja l-eta tiegħu ta’ 81 sena, fit-tmienja ta’ dalgħdu ħin ta’ Malta, il-Papa Franġisku telaq mill-ajruport ta’ Fiumicino f’Ruma lejn dak ta’ Santiago fiċ-Ċili fejn huwa se jagħti bidu għall-Vjaġġ Appostoliku ieħor mnejn nhar il-Ħamis li ġej huwa jerġa’ jaqbad ajruplan ieħor lejn Lima, fil-Perù.  Continue reading Vjaġġ Appostoliku ieħor mill-Papa Franġisku

Il-Papa Franġisku fl-Angelus tal-bieraħ ħeġġiġna biex infittxu fejn jgħix Ġesù

It-Tnejn, 15 ta’ Jannar 2018: Il-Papa Franġisku talab l-Angelus ilbieraħ il-Ħadd mal-pellegrini u t-turisti fi Pjazza San Pietru u rrifletta dwar il-qari tal-Quddiesa u dwar il-Jum Dinji tal-Migranti u r-Refuġjati. Il-Papa qal li l-Vanġelu idaħħalna fiż-żmien liturġiku ordinarju, żmien li jservi biex janima u jivverifika l-mixja tagħna ta’ fidi fil-ħajja tas-soltu, għaliex ifakkarna fis-sejħa tagħna li nimxu wara Ġesù. Huwa żied jgħid li dan iż-żmien iservi biex janima u jikkonferma l-vjaġġ tagħna tal-fidi fil-ħajja ta’ kuljum, f’dinamika li timxi bejn l-epifanija u d-dixxipulat, bejn il-manifestazzjoni u l-vokazzjoni.
Continue reading Il-Papa Franġisku fl-Angelus tal-bieraħ ħeġġiġna biex infittxu fejn jgħix Ġesù

Integrazzjoni tar-refuġjati fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Migranti u Refuġjati 2018

It-Tnejn, 15 ta’ Jannar 2018: Għaddew 30 sena minn meta, fit-2 ta’ Diċembru, 1987, l-organizzazzjoni tal-United Nations High Commissioner for Refugees (UNHCR) bdiet uffiċjalment il-ħidma tagħha f’Malta permezz tal-Kummissjoni Emigranti bħala Operational Partner.
Continue reading Integrazzjoni tar-refuġjati fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Migranti u Refuġjati 2018

Lectio Divina tat-3 Ħadd matul is-Sena B

Vanġelu (Mk 1, 14-20):  Is-silta tal-lum tibda bl-arrest ta’ Ġwanni.  Meta jqum xi ħadd li jhedded l-idejat fissi tad-dinja l-antika, din tarrestah u tieħdu għand xi awtorita biex twaqqfu b’kull mod. Hekk Ġwanni jtemm il-missjoni tiegħu u fix-xena jidħol Ġesu.  Telaq lejn il-Galilija u, minn kull fejn jgħaddi, “jxandar il-Bxara t-Tajba”, i.e. jipproponi dinja ġdida ta’ mħabba tal-ħaruf mans.  Kif għidna l-Ħadd li għadda, min iħaddan dil-proposta ikun qed jirriskja bil-kbir u, quddiem id-dinja, ikun għamel għażla ta’ tellief. Continue reading Lectio Divina tat-3 Ħadd matul is-Sena B

Servizz Ekumeniku

Matul il-ġimgħa ta’ talb għall-għaqda fost l-Insara ser isir Servizz Ekumeniku fil-Knisja Parrokkjali tal-Isla nhar il-Ġimgħa, 19 ta’ Jannar 2018 fis-6.30 ta’ filgħaxija.  Dan is-servizz li ser jitmexxa mill-Arċisqof Charles J. Scicluna għandu t-tema, “Lemintek, Mulej, issebbħet fil-qawwa.” (Eż 15:6).  Ara l-poster b’aktar dettalji hawn taħt …  Continue reading Servizz Ekumeniku