Home > Aħbarijiet, Papa Franġisku > Tislima tal-Papa Franġisku lill-ġurnalisti fit-titjira diretta lejn iċ-Ċilì

Tislima tal-Papa Franġisku lill-ġurnalisti fit-titjira diretta lejn iċ-Ċilì


It-Tnejn, 15 ta’ Jannar 2018. Vjaġġ Appostoliku tal-Qdusija Tiegħu Franġisku fiċ-Ċilì u l-Perù 15-22 ta’ Jannar 2018. Titjira Papali.


Greg Burke:
Santità, grazzi. Grazzi l-ewwel u qabel xejn tal-ħsieb tiegħek dalgħodu: kollha rċivejnieha l-kartolina [bl-istampa tat-tfajjel] ta’ Nagasaki. U grazzi fuq kollox għall-possibbiltà li tagħtina nivvjaġġaw miegħek. Qegħdin l-iktar li nistgħu nkunu: sebgħin persuna, inklużi, naħseb, tnax miċ-Ċilì u l-Perù, jiġifieri tnax ġodda. Napprofitta biex ngħidilkom li din tislima, mhumiex sebgħin mistoqsija, meta issa nagħmlu d-dawra. Daqshekk. Forsi int trid tgħid xi ħaġa…

Il-Papa Franġisku:
L-għodwa t-tajba!

Nawguralkom il-vjaġġ it-tajjeb. Mill-Alitalia qaluli li t-titjira Ruma-Santiago hi l-itwal titjira diretta li għandha l-Alitalia: ħmistax-il siegħa u erbgħin minuta, jew għoxrin, ma nafx… Ikollna żmien biex nistrieħu, naħdmu, tant affarijiet. Grazzi tal-ħidma tagħkom li sa tkun impenjattiva: tlitt ijiem f’pajjiż, u tlitt ijiem fl-ieħor… Għalija mhux sa jkun tant diffiċli fiċ-Ċilì għax studjat hemm għal sena, għandi ħafna ħbieb, u nafu tajjeb – ħa ngħidu hekk… nafu iżjed –. Imma fuq il-Perù naf inqas, għax mort hemm darbtejn jew tlieta għal konvenji, laqgħat.

Imbagħad, Greg kien qed isemmi li tajtkom [il-kartolina]: din sibtha b’kumbinazzjoni. Dan ir-ritratt ħaduh fl-1945, fuq wara hemm id-dati. Daqsxejn ta’ tfajjel, b’ħuh mejjet fuq spallejh, huwa u jistenna li jasal ħinu quddiem il-krematorju, f’Nagasaki, wara l-bomba. Jiena ħassejtni mqanqal meta rajt dan [ir-ritratt], u flaħt nikteb biss “Il-frott tal-gwerra”. U ħsibt li nerġa’ nistampah u nqassmu, għax ritratt bħal dan imiss il-qalb iktar minn elf kelma. Għalhekk ridt naqsmu magħkom.

U grazzi tal-ħidma tagħkom!

Greg Burke:
Grazzi!

Miġjuba mit-Taljan għall-Malti minn Francesco Pio Attard

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: