Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tat-Tlieta, 16 ta’ Jannar 2018

L-Evanġelju tat-Tlieta, 16 ta’ Jannar 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum:http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mk 2, 23-28

L-ewwel darba fuq il-ħniena u l-mogħdrija. It-tieni darba fuq is-sawm u l-ħtieġa tiegħu. It-tielet darba tibda battalja qalila dwar il-jum tas-Sibt, is-seba’ jum li fih Alla, fir-rakkont tal-ħolqien fil-ktieb tal-Ġenesi, straħ mill-ħidma tiegħu.

Alla ried li l-poplu jistrieħ hu wkoll mill-ħidmiet tiegħu; jieqaf mix-xogħol u joħloq mill-ġdid lilu nnifsu. Alla ried li dan ikun sinjal li jiddistingwi lill-poplu tiegħu minn popli oħra; kien sinjal ta’ ħniena anke mal-ilsiera u l-bhejjem tat-tagħbija li wkoll kellhom igawdu minn din il-ġurnata mistrieħ. Fuq kollox, Alla ried li l-poplu tiegħu f’dan is-seba’ jum jingħaqad miegħu, ifaħħru, jitolbu u jsir jafu iżjed, daqs li kieku mexjin flimkien fil-kwiet fil-ġnien tal-ħolqien, għaż-żiffa ħelwa.

Il-poplu Lhudi kellu għal qalbu dan il-jum, kien jgħożżu u jipprova jżommu mill-Ġimgħa filgħaxija, meta l-familji jiltaqgħu u jieklu u jitolbu flimkien, sas-Sibt filgħaxija, meta x-xemx titfi d-dawl tagħha fuq id-dinja u tagħlaq il-jum.

Iżda matul iż-żmien, bħalma jiġri dejjem meta l-bnedmin jippruvaw jipperfezzjonaw dak li jrid Alla bil-metodi tagħhom, tant żiedu liġijiet u regoli madwar ix-xewqa ta’ Alla, li kienet ukoll kmandament, li dan il-jum, minflok jum ta’ mistrieħ sar jum ta’ tensjoni kbira; dak li Alla xtaq li jkun jum ta’ ħolqien mill-ġdid kien sar okkażjoni ta’ dnub fuq l-iċken ħmerija. Ngħidu aħna, nhar ta’ Sibt tista’ timxi biss 960 metru (fi żmienna, ma tistax lanqas, issuq, (lanqas rota), tuża skateboard jew tuża mezzi ta’ trasport mekkaniżżat). Jekk taqbeż il-limitu tkun qed tonqos serjament.

Meta staqsewh għaliex id-dixxiplikienu qe djagħmlu dak li ma jiswix nhar ta’ Sibt, ma kienux qed jifmhu l-liġi ta’ Alla, iżda l-liġi li ħolqu l-bnedmin bie xjinterpretaw ix-xewqa ta’ Alla.

Ġesù jsemmilhom dak li għamel is-sultan David meta hu u min kien miegħu qabdu l-ġuħ, u kiel, hu u min kien miegħu mill-ħobż li kien riservat għal Alla (li seta’ jieklu biss il-qassis il-kbir). Ġesù jrid jgħid li Alla jippreferi li l-bniedem ma jbatix il-ġuħ milli josserva liġi li fl-aħħar mill-aħħar ma kienx hemm bżonnha għax hu ma jaqbdu ġuħ qatt.

Is-Sibt magħmul għall-bniedem biex, skont ix-xewqa ta’ Alla, jistrieħ u ma jkunx skjav tax-xogħol tiegħu, igawdi lilu nnifsu u lill-familja tiegħu u fuq kollox igawdi l-intimità ma’ Alla nnfisu.

Niskantaw b’dak li jagħmlu l-Lhud? Nistgħaġbu żgur. Iżda m’għandniex għalfejn inħarsu barra mill-komunitajiet tagħna biex naraw li aħna nagħmlu l-istess. Kemm drawwiet u tradizzjonijiet ħloqna li jnessuna r-rejaltà vera. Kemm nagħmlu affarijiet li fihom infushom ma jagħmlux sens ħlief li jisparawna għal ftit ħin fl-imgħoddi u jnessuna l-ħtiġijiet veri tagħna u ta’ dawk ta’ madwarna! Kemm attivitajiet li suppost qegħdin hemm biex jgħinuna nieħdu gost bina nfusna u nistrieħu li l saru allat fihom infushom.

Il-liġi ta’ Alla qiegħda hemm biex tferraħ u thenni lill-bniedem mhux biex tjassru. Alla ta l-liġi lill-bnedmin bħala togħma mill-ħajja tiegħu mhux bħala velenu li jraqqad jew joqtol lill-bniedem. L-aljenazzjonijiet huma aljenazzjonijiet; jaħbu r-rejaltajiet u jnessuna għall-ftit il-bżonnijiet.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: