Avviżi, Biografiji, Dun Ġwann Caruana, Evanġelizzazzjoni

The Pastoral Land Commission


The Pastoral Land Commission: Participation of Fr John Mary Cauchi huwa ktieb ġdid ta’ Dun Ġwann Caruana, missjunarju l-Brażil. Dan il-ktieb ġie ppublikat diġitalment u huwa aċċessibli minn din il-link 

Book cover gianmariSa mill-ewwel jiem tiegħi fil-Brażil, fuq parir ta’ kollegi, involvejt ruħi fil-ħidma ta’ movimenti soċjali, kemm fil-belt, kif ukoll fil-periferiji.

Il-movimenti soċjali fil-belt iwettqu ħidma favur il-ħaddiema, vitmi ta’ xogħol prekarju u qagħad. Il-movimenti tal-periferiji jwettqu ħidma bl-għan li ssir riforma agrarja (land reform). Dawn il-movimenti bdew jinbdu meta r-reġim militari kien qed joqrob lejn it-tmiem tiegħu. B’hekk, fi ħdan il-Knisja twaqqfu Operaturi Pastorali u inħolqot il-Kummissjoni Pastorali tal-Art (Pastoral Land Commission). It-tnejn li huma kienu riżultat tal-“għażla għall-foqra” li hi ħidma Evanġelika tal-Knisja Latina.

L-Operaturi Pastorali kienu ta’ spalla għad-diveri trade unions żgħar, filwaqt li l-Kummissjoini Pastorali tal-Art kienet ta’ għajunu kbira għad-diversi movimenti soċjali li kienu qed jitħabtu għar-riforma agrarja. Dawn iż-żewġ attivitajiet pastorali kellhom l-appoġġ tal-Arċisqof tiegħi, Mons. Jaime Luis Coelho.

Tul is-snin, l-ammirazzjoni tiegħi għall-ħidma tal-Kummissjoni Pastorali tal-Art baqgħet tikber. Il-fergħat tagħha inxterdu fin-Nofsinhar tal-Brażil, f’Sao Paulo u fil-Paraná, fejn kont ngħix jien. Bil-mod il-mod, inxterdet f’partijiet oħra ta’ dan il-pajjiż enormi, fosthom f’Alagoas fil-grigal, Pernambuco u Paraiba, fejn jinstab Dun Gianmari Cauchi.

L-involviment ta’ Dun Cauchi kellu l-appoġġ tal-Isqof tal-Paraiba, Mons. José Maria Pires. Bħala saċerdot Malti, kelli ammirazzjoni kbira lejn il-ħidma ta’ Dun Gianmari għaliex kienet iktar aggressiva u fl-istess ħin, perikoluża, kif ser taraw f’din il-kontribuzzjoni żgħira.

Dan il-ktieb* huwa maqsum f’żewġ partijiet: fl-ewwel parti nipprova nagħti stampa iktar ċara tal-ħidma pastorali u soċjali tal-Knisja. It-tieni parti tidħol fil-fond tal-ħidma ta’ Dun Gianmari Cauchi.

DunGwann2017
Dun Gwann Caruana

Grazzi! Dun Ġwann Caruana

 

*Il-ktieb ġie ppublikat bil-lingwa Portuġiża li hija l-lingwa nazzjonali tal-Brażil, u bl-Ingliż. Nieħu gost jekk f’Malta jew Għawdex ikun hemm min jitħajjar jagħmel traduzzjoni għal-Malti.

caruanajohn13@gmail.com

 

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s