Il-Ġimgħa, 12 ta’ Jannar 2018: Fl-okkażjoni tal-50 anniversarju minn meta s-Sorijiet tal-Karità ta’ Santa Ġovanna Antida Thouret bdew il-ħdima tagħhom fid-Dar tal-Providenza, il-Vigarju Ġenerali, Mons. Joe Galea Curmi ċċelebra Quddiesa ta’ ringrazzjament f’din id-Dar. Fil-messaġġ tiegħu huwa tkellem dwar l-importanza li l-ħajja tkun dejjem imħarsa mill-ewwel mument tat-tnissil tagħha, meta hi l-iżgħar nett, meta hi dipendenti totalment fuq ħaddieħor imma hi ħajja umana, sat-tmiem naturali tagħha, meta kultant ukoll tfisser dipendenza. Continue reading ““Kull soru hi ġrajja ta’ ġenerożità””