Oġġetti reliġjużi mkissra mill-Istat Iżlamiku għall-wiri fil-Kurja tal-Arċisqof

Il-Ġimgħa, 19 ta’ Jannar 2018: Fil-Kurja tal-Arċisqof se tittella’ wirja żgħira ta’ diversi oġġetti reliġjużi, miġjuba mill-Iraq u li nstabu fi knejjes li ġew ipprofanati, tkissru u nħarqu mit-terroristi tal-Istat Iżlamiku. Continue reading Oġġetti reliġjużi mkissra mill-Istat Iżlamiku għall-wiri fil-Kurja tal-Arċisqof

Il-Papa Franġisku u l-pulizija li waqgħet minn fuq iż-żiemel

Il-Ġimgħa, 19 ta’ Jannar 2018: Punt fundamentali fil-tagħlim tal-Papa Franġisku hu l-attenzjoni li għandna nagħtu lil xulxin, l-aktar li min hu fil-bżonn.  Fi żmien ta’ anqas minn 24 siegħa l-Papa wriena fil-prattika xi jrid ifisser b’dawn il-pariri li jtina, meta l-ewwel, fiċ-Ċili, il-papamobil f’nofs purċissjoni ta’ karrozzi, għaddiet qrib pulizija mara żgħażugħa riekba fuq żiemel nervuż u mbażża’ minħabba l-ħsejjes ta’ madwaru, tant li kien hemm żewġ pulizija oħra jżommuh mir-riedni biex ma jisferrax. Continue reading Il-Papa Franġisku u l-pulizija li waqgħet minn fuq iż-żiemel

“Jumejn mal-Mulej”

L-Azzjoni Kattolika qed torganizza jumejn Manresa mid-9am tat-Tlieta 6 ta’ Frar sal-5pm l-Erbgħa 7 ta’ Frar, inkluż l-irqad iżda possibbli ukoll parteċipazzjoni f’parti.  Se jmexxu Fr Joseph Farrugia, Dorienne Portelli u Miriam Portelli.  Iktar informazzjoni mingħand antvassallo@gmail.com