Ċerimonja organizzata kull sena mill-Azzjoni Kattolika f’Għawdex fis-Santwarju Ta’ Pinu sejra ssir nhar is-Sibt 3 ta’ Frar.
Il-ġenituri huma mistiedna għal Liturġija tal-Kelma mmexxija mill-Isqof Mario Grech fl-4pm, li matulha jiġu preżentati lill-Madonna uliedhom mgħammda.
Imħeġġin iġibu xemgħa ħamra biex jipparteċipaw b’mod sħiħ f’din l-opportunità li jisimgħu l-messaġġ ta’ Mons Isqof għalihom. Wara jingħataw tifkira.