L-Evanġelju tal-Ħadd, 21 ta’ Jannar 2017

Print Friendly, PDF & Email

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mk 1, 14-20

Tgħid għaliex l-ewwel tnejn kienu sajjieda aħwa? U t-tieni tnejn ukoll.

San Luqa jgħidilna li Ġesù lemaħ żewġ aħwa. L-aħwa ma jingħarfux jekk xi ħadd jew huma stess ma jgħidulekx. U ma kienx kuntent b’sett wieħed. It-tieni, kienu aħwa wkoll. L-ewwel tnejn ikalaw ix-xbiek il-baħar u t-tieni tnejn iħejju x-xbiek biex ikalawh.

Skont San Luqa, dawn is-sajjieda kienu qed ikalaw ix-xbiek mill-art. Kien sajd partikulari, li għadu jntuża sallum f’ċertu partijiet tad-dinja. Xibka tonda bil-piżijiet max-xfar b’ħabel mgħoddi mad-dawra li jifforma ingassa u t-truf tiegħu jinżammu mis-sajjied waqt li jitfa’ kemm jista’ jkun ’il barra fqu wiċċ l-ilma. Ix-xibka tinżel miftuħa u bil-mod il-mod, minħabba l-piżijiet, tibda tinżel ħelu ħelu fl-ilma u tgħatti dak kollu li ssib taħtha. Is-sajjied jiġbed it-truf tal-ħabel u hekk ix-xibka tibda tingħalaq u tiġbor fiha dak kollu li tkun għattiet, tajjeb u ħażin. Pietru u Indrì kienu qed jistadu b’dan il-mod. Ġakbu u Ġwanni kiienu qed iħejju biex ikalaw.

B’dan il-metodu ta’ sajd, li xi ftit jixbaħ lit-tkaxkir li sa ftit ilu kien isir mis-sajjieda tagħna, jinqabad minn kollox u, għalkemm dan mhux bilfors kien il-ħsieb li Ġesù kellu f’moħħu, kien mettodu li uża hu fil-ħidma għat-tixrid tal-Kelma, l-istess bħal ma jiddeskrivi hu fil-parabbola tal-bidwi li ħareġ jiżra. Id-differenza hi li filwaqt li fis-sajd titfa x-xibka u taqbad milli jkun hemm, il-bidwi jista’ jiddeċiedi hu kemm żerriegħa jitfa’.

Ġesù kien qed idur max-xatt. Ma neħduhiex bi kbira li kien ilu litefa’ għajnejh fuq dawk li sejjaħ. Kien sar jaf dwarhom u rahom adatti biex isiru sajjieda tal-bnedmin. Kellhom id-determinazzjoni u s-sengħa u kienu aħwa u jafu lil xulxin.

Żgur li ma kienux nies tal-ħabba gożż. Kienu negozjanti. Kien hemm żewġ tipi ta’ swieq tal-ħut. Is-suq ta’ max-xatt fejn il-ħut kien jinbiegħ frisk biex jissajajr u jittiekel mill-ewwel, u kien hemm is-suq tal-ħut immellaħ, li kien jirrendi ħafna iżjed. Il-ħut ma setax jiġi ppreservat kif nagħmlu llum. L-uniku mod kif dan seta’ jsir kien billi jiġi mmellaħ u, mmellaħ, kien għali ħafna. Diffiċli ngħidu kemm kien jiswa’ l-ħut immella, iżda ġieli kien jintuża biex bih titħallas it-taxxa jew tribut. Jista’ jkun li għalhekk id-dixxiplu Ġwanni kien magħruf fil-bitħa tal-Qassis il-Kbir, għax kien dak li jieħu l-ħut mill-Baħar tal-Gallilija għal Ġerusalemm, biex ibiegħ il-ħut lir-residenti għonja. Kienu nies li jaqilgħuha tajjeb.

Dan ifisser li barra l-familja tagħhom, bħal fil-kas ta’ Pietru u l-wirt li setgħu jirtu Ġakbu u Ġwanni fin-negozju ta’ missierhom, kellhom il-ġid. Il-valur tat-tweġiba tagħhom, minnufih, iktar minn jirdoppja. Meta ħallew kollox u marru warajh, jidher li ħallew ħafna, anzi, telqu kollox. It-tweġiba mmedjata tagħhom turi kemm Ġesù għażilhom bil-għaqal. Aħna ngħidu li Alla jxebbaħ qabel ilaqqa’, imma Alla jagħaraf x’hemm f’qalb il-bniedem qabel jagħżel u jsejjaħ.

Mhux biss kienu sajjieda iżda kienu aħwa. Il-kelma li Ġesù ried iwassal kellha mhux biss tkun kelma li tikkonvinċi, iżda kellha tkun kelma li tidher li tista’ tingħax. Meta bagħat lid-dixxipli jħejju lin-nies fejn kien beħsiebu jmur hu, bagħthom tnejn tnejn, iktar mill-għall-effiċjenza, bagħthom pari biex ikunu xhieda.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading