It-Tlieta, 23 ta’ Jannar 2018: F’avviz maħruġ illum minn Mons. Victor Zammit McKeon
Pro-Rettur tal-KonKatidral ta’ San Ġwann tħabbru dawn id-dettalji ta’ hawn taħt dwar iċ-ċelebrazzjonijiet li ser isiru fil-jiem li ġejjin …
Il-Gimgħa, 2 ta’ Frar 2018: Festa tal-Prezentazzjoni tal-Mulej fit-Tempju: Festa tal-Gandlora – Tberik tax-Xema’
- 08.30 Quddiesa
- 18.15 Quddiesa bis-sehem tal-membri tal-Assoċjazzjoni tal-Ordni Sovran ta’ Ġerusalemm, Rodi u Malta
Is-Sibt, 10 ta’ Frar u l-Hadd, 11 ta’ Frar 2018: Minħabba l-attivitajiet tal-Karnival, il-Quddiesa tal-5.30 ta’ filghaxija, kemm is-Sibt kif ukoll il-Hadd, mhumiex sejrin isiru. B’hekk l-orarju tal-Quddies f’dawn il-jumejn se jkun hekk:
- Is-Sibt: 07.45, 09.15 a.m, 11.00 a.m., 12.00 p.m.
- Il-Ħadd: 07.45, 09.15 a.m, 11.00 a.m., 12.00 p.m.
L-Erbgħa, 14 ta’ Frar 2018: L-Erbgħa tal-Irmied u Ras ir-Randan: Tberik u Tqegħid tal-Irmied …
- 08.30 Quddiesa
- 18.30 Quddiesa Kapitulari