L-Arċisqof maħtur mill-Papa biex jeżamina każi fiċ-Ċilì

Print Friendly, PDF & Email

It-Tlieta, 30  ta’ Jannar 2018: Komunikat mis-Sala Stampa tas-Santa Sede, publikat ftit tal-ħin ilu ħabbar li wara informazzjoni li daħlet riċentement dwar il-każ tal-E.T. Mons. Juan de la Cruz Barros Madrid, Isqof ta’ Osorno (Ċilì), il-Qdusija Tiegħu l-Papa Frangisku ħatar lill-E.T. Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta u President tal-Kulleġġ li jeżamina r-rikorsi ppreżentati lill-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi fil-każi ta’ Reati Iżjed Gravi (Delicta Graviora), biex imur f’Santiago ċ-Ċilì u jisma’ lil dawk li esprimew ir-rieda li jissottomettu evidenza jew informazzjoni fil-pussess tagħhom.  Din il-ħatra tal-Arċisqof Charles J. Scicluna qed isseħħ biss ftit jiem wara l-Vjaġġ Appostoliku ta’ ġimgħa sħiħa li Papa Franġisku kellu fiċ-Ċilì u fil-Perù.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading