L-Evanġelju tal-Erbgħa, 31 ta’ Jannar 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mk 6, 1-6

Jekk kien jaf, x’mar jagħmel! Li profeta hu bla ġieħ f’pajjiżu huwa fatt magħruf u kien ukoll fi żmien Ġesù għax il-preġudizzji tal-bnedmin imqanqlin minn emozzjonijiet bla bażi konkreta jeżistu f’kull soċjetà u jawru l-qalb u l-moħħ tal-bnedmin kollha.

Il-preġudizzji jiġu minn dak li aħna naħsbu li nafu mhux minn dak li jiġi ppreżentat quddiemna, l-esperjenza tal-imgħoddi tirkeb u trażżan dak li għajnejna qed jaraw u dak li widnejna qed jisimgħu tant li m ajħalluniex nagħrfu rejaltajiet li nistgħu naraw b’għajnejna u mmissu b’idejna. Li naf jien ma jmerih ħadd.

Imma mar, għax ma jaqta qalbu qatt u minn ħadd. Ġesù telaq minn Kafarnahum u mar f’pajjiżu, mhux fejn kien twieled, iżda fejn kien trabba, fejn ta’ tifel kien imur fis-sinagoga ma’ ġużeppi u hemm kien jisma’ l-kelma ta’ Alla titħabbar u titfisser, fejn kien jilgħab fit-toroq ma’ tfal oħra, fejn żgħażugħ issieħeb ma’ missieru fix-xogħol li kellu, kien jidher li bin is-sengħa għandu nofsha. Mar fejn kien wieħed minnhom u magħruf minn kulħadd. U s-Sibt mar, kif kien imdorri u baqa’ jagħmel, fis-sinagoga. Mid-dehra tkellem u ħafna semgħuh. Xi ftit jew wisq ġralhom dakli kien ġara lin-nies ta’ Kafarnahum. Għarfu d-differenza bejnu u bejn kelliema oħra. U stgħaġbu. Stagħġbu bil-għerf tiegħu u stagħġbu bil-qawwa tiegħu, is-setgħali kellu li jagħmle dakli ħad dma kien normalment jagħmel. Staqsew minn fejn ġejjin il-għerf u s-setgħa u għaddielhom minn moħħhom li ebda bniedem bil-qawwa u l-ħila tiegħu biss ma seta’ jitkellem b’dak il-għerf u jaħdem b’dik il-qawwa. Jista’ jkun li ġej minn Alla?

Imma hawn daħal il-preġudizzju, dak li kienu jafu huma li m aħalliehomx jaċċettaw dak li kienu qed iġarrbu. L-ewwel preġudizzju: dan mhux mastrudaxxa! San Mark juża l-kelma ‘teknon’ li tfisser dak li jsewwi kollox, dak li kapaċi jagħmel kollox, speċi ta’ ‘hanydman’. Ġużeppi ma jissemmix għax probabli kien diġa miet u allura jista’ jkun ukoll li Ġesù qabel beda l-ministeru tiegħu kien diġa ħa postu. Mastrudaxxa kif jista jitkellem b’daqshekk għerf. Id-dubju ma kien xfu qil-messaġġ iżda fuq dak li wasslu. Jekk min wasslu mhux ta’ statura għolja skont in-normi tas-soċjetà mela l-messaġġ huwa dubjuż. Hekk ikkonkludew in-nazareni.

U barra minn hekk, dan mhux wieħed minna! Lil ommu nafuha u l-familja tiegħu ukoll. Ħadd minnhom ma bbrilla. U aħan li nafu lilu u lilna nfusna nafu wkoll li aħna nies komuni, bla pretensjonijiet. Kważi kważi riedu jgħidu, dan x’jaħseb li hu! X’jista’ joġroġ tajjeb minn Nazaret? U tfixklu minħabba fih. Ma waslux għal deċiżjoni u rrifjutaw l-aċċettazzjoni.

X’kienet ir-raġuni ta’ din ir-rejazzjoni? Ma nafux. Iżda jidher li l-istima baxxa li dawn in-nies kellhom tagħhom infushom, influwenzathom ħafna. Setgħet kienet għira? Jista’ jkun ukoll. Żgur li dak likienu jafu fl-imgħoddi kellu piż qawwi fuq il-ħsieb tagħhom, kienet katina li torbothom mal-esperjenzi tal-imgħoddi tagħhomu żammithom milli jaraw ċar dak li qed jaraw u jħarsu lejn żmien aħjar anke għalihom infushom. Sabiħ dal-kliem imma kollu ħolm. Mhux normali dal-kliem, imma lilna min se jqanqalna minn ġod-dinja żgħira tagħna. L-imgħoddi tagħna jagħqlilna għajnjena għal-lum u jxekklilna l-ftuħ għall-ġejjieni. Nagħmlu hekk għax dejjem hekk għamilna, naħsbu hekk għax dejjem hekk ħsibna. Il-fiduċja f’persuna u iktar u iktar f’Alla u dak li ġej minnu ma jagħlquniex ġo kaxxa fid-dlam, iżda jiftħulna għajnejna għad-dawl li hemm imma moħbi għalina.

Biex nemmnu u nafdaw irridu noħorġu mis-sigurtà falza tad-dlam tan-normalità kif għexniha sa issa u nbexxqu għajnejna, moħħna u qalbna għad-dawl tal-imħabba u l-ġenerożità ta’ Alla.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.