Iż-żgħażagħ, ix-xorb u d-droga. X’tista’ tagħmel il-familja?

Il-Konferenza annwali organizzata mill-Kummissjoni Familja tad-Djoċesi ta’ Għawdex ser tinżamm f’ Villa Fiorita, limiti ta’ Marsalforn, nhar is-Sibt 20 ta’ Jannar bejn il-5.00pm u t-8.00pm. Bħal fis-snin l-imgħoddija l-iskop ewlieni tal-konferenza hu dak li tipprovdi mument ta’ formazzjoni għall-familji dwar il-familja billi tagħti spunti ta’ kif wieħed jista’ jsaħħaħ il-familja tiegħu.
Continue reading Iż-żgħażagħ, ix-xorb u d-droga. X’tista’ tagħmel il-familja?

L-Evanġelju tat-Tlieta, 2 ta’ Jannar 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 1, 19-28

Ix-xhieda ta’ Ġwanni kienet din: meta l-Lhud ta’ Ġerusalemm bagħtu għandu xi qassisin u Leviti biex jistaqsuh: “Int min int?”. Hu stqarr bla ma ċaħad: “Jien m’iniex il-Messija”. Huma reġgħu staqsewh: “Mela min int? Int Elija?”. “M’iniex”, qalilhom. “Int il-Profeta?”. “Le”, weġibhom. Imbagħad qalulu: “Mela min int? Biex nagħtu tweġiba lil dawk li bagħtuna. Min tgħid li int?”. U hu wieġeb kif qal il-profeta Iżaija: “Jiena l-leħen ta’ wieħed jgħajjat fid-deżert: Wittu t-triq tal-Mulej”.
Continue reading L-Evanġelju tat-Tlieta, 2 ta’ Jannar 2018

Ejjew inkunu soċjetà li nafu nħennu, naħfru u nbierku lil xulxin

It‑Tnejn, 1 ta’ Jannar 2018: fid‑9.00 a.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna iċċelebra Quddiesa fis‑Solennità ta’ Marija Omm Alla u l‑Jum Dinji tal‑Paċi, fid‑Dar tal‑Providenza, is‑Siġġiewi. Continue reading Ejjew inkunu soċjetà li nafu nħennu, naħfru u nbierku lil xulxin

L-Evanġelju tat-Tnejn, 1 ta’ Jannar 2018. Solennità ta’ Marija Omm Alla

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 2, 16-21

Ir-rakkonti tat-twelid ta’ Ġesù f’San Luqa, dak li ġara qabel u dak li ġara wara juruna sens ta’ urġenza u għaġġla. Kemm-il darba l-evanġelista juża verbi li juru ħeffa fit-tweġiba. Donnhom dawk li semgħu u għarfu l-kelma ta’ Alla, irrejaliżżaw li m’hemmx ħin x’jitilfu; li għandu jsir, l-aħjar li jsir malajr.
Continue reading L-Evanġelju tat-Tnejn, 1 ta’ Jannar 2018. Solennità ta’ Marija Omm Alla